Mogħdija tan-navigazzjoni

Drittijiet ta’ residenza u viża

Konsulent Bulgaru jista' jaħdem il-Lussemburgu

Bulgaru bi kwalifika Franċiża ġie offrut xogħol f'impriża tal-konsulenza fil-Lussemburgu. Il-kumpanija kienet ħadet ħsieb tirranġa għal permess tax-xogħol għall-impjegat il-ġdid tagħha.

Madankollu, il-proċedura ħadet aktar żmien mit-2-3 xhur li kien mistenni. Dan kien jhedded iċ-ċans biex il-Bulgaru jibda jaħdem.

Wara l-intervent ta’ SOLVIT, il-permess tax-xogħol wasal u ċ-ċittadin Bulgaru seta’ jibda l-impjieg tiegħu fil-Lussemburgu.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Aktar dwar: Permessi tax-xogħol


Il-mara Brażiljana ta’ ċittadin Belġjan tista' tivvjaġġa fl-Ewropa

Mara Brażiljana ta’ ċittadin Belġjan li tgħix ir-Renju Unit ma tħallietx tivvjaġġa lejn Franza għal raġunijiet mediċi urġenti għax l-awtoritajiet Ingliżi qabżu l-limitu ta’ żmien ta’ 6 xhur (stabbiliti mil-liġi tal-UE) għat-tiġdid tal-permessi ta’ residenza.

Wara li SOLVIT intervjena, id-dokumenti nħarġu malajr.

Każ solvut f'4 ġimgħat.

Aktar dwar: Id-drittijiet ta’ residenza għall-qraba li mhumiex mill-UE


Student bdot Franċiż jista’ jirreġistra bħala resident fil-Belġju

Ċittadin Franċiż li kien qed jistudja biex isir pilota fi skola tal-avjazzjoni Belġjana ma setax jirreġistra bħala student mal-awtoritajiet Belġjani għax l-iskola kienet privata u ma kinitx irrikonoxxuta mill-awtoritajiet reġjunali tal-Belġju. Madankollu, il-Ministeru tat-Trasport tal-Belġju rrikonoxxa ċ-ċertifikati maħruġa mill-iskola bħala dawk uffiċjali.

SOLVIT irnexxielu jikkonvinċi lill-awtoritajiet Belġjani li, skont il-liġi tal-UE, iċ-ċittadin Franċiż għandu jkun jista' jirreġistra fil-Belġju bħala student.

Każ solvut fi 8 ġimgħat.

Aktar dwar: Drittijiet ta' residenza għall-istudenti


Artist Awstrijak jista' jirreġistra bħala resident fil-Lussemburgu

Artist Awstrijak ried jirreġistra bħala resident fil-Lussemburgu. Ipprovda d-dokumenti kollha meħtieġa lill-awtoritajiet lokali iżda dawn irrifjutaw li jirreġistrawh mingħajr ma hu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ appoġġ mingħand resident fil-Lussemburgu.

SOLVIT ġibed l-attenzjoni li dan ir-rekwiżit addizjonali ma jimxix mal-liġi tal-UE.

L-awtorità lokali rrivediet il-pożizzjoni tagħha u ħarġet iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.

Każ solvut f'ġimgħa.

Aktar dwar: Drittijiet ta’ residenza u formalitajiet