Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-drittijiet tal-pensjoni

Bulgaru ngħatawlu d-drittijiet sħaħ tal-pensjoni fil-Greċja

Ċittadin Bulgaru li kien ħadem kemm fil-Bulgarija kif ukoll fil-Greċja nċaħditlu parti mid-drittijiet tiegħu għall-pensjoni mill-awtoritajiet Griegi.

SOLVIT ikkjarifika l-kwistjoni mal-awtoritajiet tal-pensjoni fiż-żewġ pajjiżi, u b'hekk il-Bulgaru seta' jirċievi l-pensjoni tiegħu bis-sħiħ.

Każ solvut f'6 ġimgħat.

Aktar dwar: Id-drittijiet tal-pensjoni fl-UE


Id-drittijiet tal-pensjoni minn pajjiżi differenti onorati

Ċittadin Ungeriż kien ħadem għal 20 sena fir-Rumanija u 18 fl-Ungerija. Meta beda joqrob għall-età tal-irtirar, applika għall-pensjoni tiegħu fl-Ungerija.

L-awtoritajiet Ungeriżi talbu lir-Rumanija biex jikkalkulaw id-drittijiet tal-pensjoni tiegħu għas-snin ħadem hemm. Għal kważi sena, ma rċevew ebda risposta, minkejja bosta tfakkiriet.

Iżda grazzi għall-intervent taċ-ċentru SOLVIT fir-Rumanija, l-awtorità tal-pensjonijiet tar-Rumanija bagħtu d-deċiżjoni lill-awtoritajiet Ungeriżi dwar id-drittijiet tal-pensjoni Rumena.

Dan solva l-problema u ppermetta l-pensjonant Ungeriż ikompli jgawdi l-irtirar tiegħu.

Każ solvut f'ġimagħtejn.

Aktar dwar: Id-drittijiet tal-pensjoni fl-UE