Mogħdija tan-navigazzjoni

Merkanzija u servizzi

KIF SOLVIT GĦENET IL-KUMPANIJA TAL-AJRU NORVEĠIŻA SUNDTAIR TOPERA FI FRANZA

Għalkemm mhIx fl-UE, in-Norveġja ffirmat ftehimiet ta’ kummerċ speċifiċi li jippermettu lill-kumpaniji joperaw fis-suq uniku.

Madankollu, qabel ma SOLVIT involva ruħu, l-awtoritajiet Franċiżi tal-avjazzjoni kienu qed jimblukkaw lil Sundtair milli topera titjiriet domestiċi fi Franza.


Trattament ġust għall-kumpaniji tar-rafting fis-Slovenja

Kumpaniji tar-rafting mill-Ungerija u s-Slovakkja lmentaw li l-kumpaniji Sloveni jgawdu minn aċċesss orħos u aktar fit-tul għal xmara fis-Slovenja. Mhux talli l-kumpaniji barranin intalbu aktar flus, iżda kellhom ukoll jixtru permessi ta’ kuljum biex jipprovdu s-servizzi tagħhom hemmhekk.

Bis-saħħa tas-SOLVIT, ir-regoli diskriminatorji nbidlu, u llum il-kumpaniji barranin jistgħu joperaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-kumpaniji lokali.

Is-soluzzjoni ta' din il-problema ħadet iktar għax irrekkjediet bidla fir-regoli.

Każ solvut f'10 xahar.

Aktar dwar: Bejgħ ta’ servizzi fl-UE


Kumpanija mil-Liechtenstein tipprovdi servizzi tat-trasport madwar l-Italja

Kumpanija mil-Liechtenstein ingħatat kuntratt biex tittrasporta flus madwar l-Italja.

Il-kumpanija kienet stabbilita legalment fil-Liechtenstein u persunal kellu l-permessi għall-armi tan-nar meħtieġa mil-liġi tal-UE.

Iżda l-awtoritajiet Taljani ma ħallewx lill-kumpanija tipprovdi s-servizzi tagħha fl-Italja għax kienet stabbilita f’pajjiż li ma kienx fl-UE.

SOLVIT intervjena biex jiċċara li għalkemm il-Liechtenstein mhuwiex membru tal-UE, kien iffirma ftehimiet mal-UE li jpoġġuh fuq l-istess livell ma’ kumpaniji tal-UE f’dan il-każ.

L-awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ flus kontanti bejn l-Italja nħarġet wara ġimgħa.

Każ solvut f'ġimagħtejn.

Aktar dwar: Bejgħ ta’ servizzi fl-UE


Dritt ta' bejh għal pompi mobbli għat-tindif tal-pixxini rikonoxxut fi Franza

Manifattur Żvediż tal-pompi mobbli għat-tindif tal pixxini ma setax ibigħ il-prodotti tiegħu fi Franza.

Il-magni kienu konformi mal-istandards Ewropej iżda r-regoli Franċiżi imponew livell massimu ta’ vultaġġ ta’ 12V (AC) meta jkun hemm persuni ġol-pixxina.

SOLVIT irnexxielu juri li r-regoli Franċiżi kienu japplikaw għal pompi tat-tindif fissi u mhux għal dawk mobbli għall-użu biss meta ma jkun hemm ħadd fil-pixxina.

Wara l-intervent ta’ SOLVIT, il-manifattur Żvediż kiseb il-permess li jbigħ dawn il-prodotti fi Franza.

Każ solvut fi 15-il ġimgħa.

Aktar dwar: Bejgħ ta’ merkanzija fl-UE


Kumpanija tal-landfill Taljana tista' topera fil-Polonja

Skont regola ġdida fil-Polonja, kumpanija Taljana li topera erba' landfills kellha tapplika għal awtorizzazzjoni biex tkopli topera f'miżbla minnhom.

L-awtoritajiet Pollakki irrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjoni bl-argument li l-landfill ma tissodisfax l-istandards ambjentali xierqa. Dan kien minkejja l-fatt li l-ħidma tal-kumpanija kienet diġà rċeviet l-approvazzjoni tal-awtoritajiet ambjentali Pollakki.

Bis-saħħa tal-intervent ta’ SOLVIT, il-kumpanija kisbet l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Każ solvut fi 9 ġimgħat.

Aktar dwar: Bejgħ ta’ servizzi fl-UE


Avukat mil-Liechtenstein permess jirreġistra privattiva Ewropea fl-Irlanda

Avukat tal-privattivi bbażat fil-Liechtenstein inċaħadlu l-permess biex jirreġistra privattiva Ewropea mill-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Irlanda, għax il-Liechtenstein jinsab barra mill-UE. Id-deċiżjoni kienet ħażina: għalkemm il-Liechtenstein mhuwiex pajjiż tal-UE, huwa membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u parti mis-sistema Ewropea tal-privattivi. SOLVIT intervjena, u l-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Irlanda rreġistra l-privattiva.

Wara dan, ir-regoli Irlandiżi tbiddlu wkoll biex ikun żgurat li membri taż-ŻEE jkunu jistgħu jirreġistraw privattivi Ewropej mingħajr problemi.

Każ solvut fi 3 ġimgħat.


Kumpanija Brittanika tista' tbigħ imwieżen mediċi fi Franza

Kumpanija Brittanika li tipproduċi mwieżen mediċi riedet tespandi lejn Franza. Il-kumpanija diġà kienet qed tbigħ f’diversi pajjiżi tal-UE l-prodott kien konformi mar-regoli tal-UE.

Iżda l-awtoritajiet Franċiżi ma ħallewhiex tbigħ l-imwieżen fi Franza u talbu testijiet addizzjonali.

Għal aktar minn sena, il-kumpanija ma rnexxilhiex tikseb li l-prodott tagħha jiġi aċċettat fi Franza u rrikorriet għand SOLVIT għall-għajnuna. SOLVIT u l-kumpanija ħadmu flimkien mill-qrib u rnexxielhom jiksbu approvazzjoni għall-imwieżen fi Franza. Bil-ftuħ ta' suq ġdid,

SOLVIT għen din il-kumpanija tevita telf konsiderevoli.

Każ solvut fi 11 il-ġimgħa.