Mogħdija tan-navigazzjoni

Benefiċċji marbutin mal-familja

Ungeriża li qed tfittex ix-xogħol tikseb benefiċċji tal-familja fil-Belġju

Wara li ħadmet fil-Belġju, mara Ungeriża talbet il-benefiċċji tal-qgħad u welldet żewġt itfal hemm, iżda sabet ma kinitx għadha eliġibbli għal benefiċċji tal-familja.

Il-permess tax-xogħol kien skada — qabel l-1 ta’ Mejju 2011 l-Ungeriżi kellhom bżonn ta’ permess tax-xogħol biex jaħdmu fil-Belġju. Dan kien ifisser hi ma setgħetx tgħid li qed tfittex b’mod attiv ix-xogħol kif meħtieġ.

SOLVIT solva l-problema mal-awtoritajiet Belġjani u l-mara ġiet rikonoxxuta bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol b'mod attiv.

Każ solvut f'9 ġimgħat.

Aktar dwar: Ir-regoli tal-UE dwar il-benefiċċji tal-familja


Familja Slovakka mogħtija benefiċċji tat-tfal fl-Iżlanda

Slovakk li jgħix u jaħdem fl-Iżlanda applika għall-benefiċċji tal-familja hemm. L-applikazzjoni ma ġietx imwieġba. Sadanittant, telaq mill-Iżlanda u rritorna fis-Slovakkja fejn applika għall-benefiċċji tat-tfal.

Iżda l-awtoritajiet Slovakki rrifjutaw li jħallsuh għall-perjodu li fih kien qed jaħdem fl-Iżlanda.

SOLVIT skopra li l-awtoritajiet Iżlandiżi ma kinux wieġbu minħabba li kien hemm xi dokumenti nieqsa.

Is-Slovakk bagħat id-dokumenti, u ftit wara l-awtoritajiet tal-Iżlanda tawh il-benefiċċji tal-familja.

Każ solvut fi 12-il ġimgħa.

Aktar dwar: Benefiċċji marbutin mal-familja