Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif jaħdem SOLVIT

Il-każ tiegħek se jkun trattati minn 2 ċentri SOLVIT:

  • Iċ-ċentru lokali ta’ SOLVIT tiegħek – ċentru lokali
  • Iċ-Ċentru SOLVIT fil-pajjiż fejn tkun qamet il-problema
       – ċentru ewlieni.

 

Wara li inti tissottometti l-problema tiegħek għand SOLVIT, iċ-ċentru lokali se:

  • jikkuntattjak fi żmien ġimgħa u, jekk ikun hemm bżonn, jitolbok għal aktar informazzjoni
  • jivverifika jekk il-problema tiegħek taqax fi ħdan l-ambitu SOLVIT
  • iħejji l-każ u jibgħatu fiċċentru SOLVIT ewlieni.

Tiġi infurmat regolarment dwar il-progress tal-każ tiegħek miċ-ċentru lokali tas-SOLVIT. Tiddejjaqx tikkuntattjahom jekk ikollok bżonn aġġornament dwar kif qed jipprogressa l-każ.

 

Meta tirċievi l-każ mingħand iċ-ċentru lokali ta’ SOLVIT, iċ-ċentru SOLVIT ewlieni se:

  • jikkonferma fi żmien ġimgħa jekk hux se jaċċetta l-każ jew le
  • jipprova jsib soluzzjoni għall-problema tiegħek flimkien ma’
       l-awtorità responsabbli

L-iskadenza pproġettata għas-soluzzjoni tal-problemi hija ta' 10 ġimgħat minn meta ċ-ċentru SOLVIT ewlieni jaċċetta l-każ tiegħek.