Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Inizjattivi ta' Ewropa 2020

Raġel fuq sellum jipprova jilħaq l-istilel ta’ bandiera tal-UE

Ewropa 2020 hi l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir b'ħames għanijiet ambizzjużi – l-impjieg, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-klima/l-enerġija – biex jitlaħqu sal-2020.

L-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 li jaqgħu taħt dawn l-oqsma tal-impjieg, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni huma:

  • Żgħażagħ Attivi: tara li ttejjeb l-opportunitajiet taż-żgħażagħ biex isibu xogħol billi tgħin lill-istudenti u l-apprendisti jiksbu esperjenza f'pajjiżi oħra, u jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa u biex dawn isiru iktar attraenti.
  • Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda: Tara li tagħti nifs ġdid lir-riformi tas-suq tax-xogħol biex tgħin lill-persuni jiksbu l-ħiliet it-tajba għall-impjiegi futuri, biex jinħolqu impjiegi ġodda u tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-impjieg.
  • Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali: għandha l-għan li ssaħħaħ ix-xogħol fil-livelli tkollha biex tintlaħaq il-mira prinċipali li tal-anqas 20 miljun persuna jinħarġu mill-faqar u mill-esklużjoni sal-2020.

Aktar tagħrif dwar l-Istrateġija Ewropa 2020

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+