Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Appoġġ għall-intraprendituri u dawk li jaħdmu għal rashom

Tliet ħaddiema żgħażagħ miġburin madwar skrin tal-kompjuter jiddiskutu

L-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti:

  • joħolqu l-impjiegi
  • jiżviluppaw il-ħiliet
  • jagħtu lill-persuni bla xogħol u lill-persuni żvantaġġati opportunità biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija.

L-istrateġija Ewropa 2020 tirrikonoxxi l-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti bħala elementi kruċjali għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u diversi inizjattivi ewlenin jindirizzawhom:

Atturi tal-UE

Fl-appoġġ tagħha għall-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti, il-Kummissjoni Ewropea tiffoka l-isforzi tagħha fuq:

  • bidu ta' negozji minn persuni bla xogħol u persuni minn gruppi żvantaġġati
  • sostenibilità u kwalità tax-xogħol tan-negozji indipendenti u tal-mikro-intraprendituri
  • appoġġ għall-intraprendituri soċjali.

u tara li:

  • iżżid l-għarfien dwar l-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti
  • tqajjem kuxjenza, tiffaċilita t-tagħlim reċiproku u tibni l-kapaċità fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE
  • tippromwovi standanrds volontarji u miżuri ta' protezzjoni għall-intraprenditorija u x-xogħol indipendenti
  • tappoġġa l-intraprenditorija finanzjarjament.

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jippromwovi l-intraprenditorija permezz ta' servizzi ta' appoġġ finanzjarju u għan-negozju. Appoġġ immirat hu pprovdut lill-intraprendituri nisa u lill-persuni żvantaġġati jew b'diżabilità.

Żewġ netwerks ta' tagħlim tal-FSE huma involuti:

Il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress tgħin tistimola x-xogħol indipendenti u l-ħolqien ta' mikro-intrapriżi.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jappoġġa l-intraprenditorija permezz ta' proġetti ta' INTERREG li jinkludu Enspire EU, Senior Enterprise u YES.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+