Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Żgħażagħ attivi

Żgħażagħ Attivi hu pakkett komprensiv ta' inizjattivi ta' politika dwar l-edukazzjoni u l-impjiegi għaż-żgħażagħ fl-Ewropa. Dan tnieda fl-2010, hu jagħmel parti mill-istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbi u inklużiv ta' Ewropa 2020.

Għanijiet

Żgħażagħ Attivi għandu l-għan li jtejjeb l-edukazzjoni u l-impjegabilità, biex tonqos ir-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tiżdied ir-rata tagħhom li jsibu impjieg - skont il-mira usa' tal-UE għandha tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għall-popolazzjoni bl-età tax-xogħol (20-64 sena) - billi

  • l-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar rilevanti għal ħtiġijiet taż-żgħażagħ
  • aktar minnhom jiġu mħajrin biex jieħdu vantaġġ mill-għotijiet tal-UE biex jistudjaw jew jitħarġu f'pajjiż ieħor
  • l-pajjiżi tal-UE jiġu inkuraġġuti biex jieħdu miżuir ħalli jissimplifikaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol.

Metodi

  • Koordinazzjoni tal-politika biex tkun identifikata u stimulata l-azzjoni fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali;
  • Azzjonijiet speċifiċi maħsubin għaż-żgħażagħ – bħall-azzjoni ta' tħejjija "L-ewwel impjieg EURES tiegħek" għall-mobilità tas-suq tax-xogħol fl-UE, u appoġġ miżjud għall-intraprendituri żgħażagħ permezz tal-Faċilità ta' Mikrofinanzjament għall-Progress Ewropew.

Għala ż-żgħażagħ qed jingħataw din l-attenzjoni?

  • Madwar 5.5 miljun żagħżugħ/a jinsabu bla xogħol fl-UE, dan ifisser 1 minn kull 5 persuni taħt il-25 sena jixtiequ jaħdmu imma ma jistgħux isibu xogħol.
  • Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija ta' aktar minn 20% - id-doppju tar-rata tal-gruppi tal-etajiet l-oħra flimkien u kważi tliet darbiet ir-rata ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 25 sena.
  • 7.5 miljun ruħ ta' bejn 15 u 24 sena bħalissa la qed jaħdmu u lanqas qed isegwu xi forma ta' edukazzjoni jew taħriġ.

Is-sit web ta' Żgħażagħ Attivi – jagħti aktar informazzjoni u links utli għaż-żgħażagħ li qed ifittxu biex jistudjaw, jitħarġu jew jaħdmu barra pajjiżhom.

L-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ – azzjonijiet biex inaqqsu l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+