Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Aħbarijiet rss

Liema belt ewropea se tirbaħ il-prestiġjuż Access City Award?

20/08/2010 Liema belt ewropea se tirbaħ il-prestiġjuż Access City Award?

Poġġi l-belt tiegħek fuq il-mappa Ewropea bħala sostenittriċi proattiva tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà.

L-Access City Award għandu l-għan li jesponi u jippremja l-bliet b’aktar minn 50,000 abitant li jieħdu inizjattivi eżemplari sabiex itejbu l-aċċessibbiltà fl -ambjent urban. Fi Stati Membri żgħar bħal Ċipru, il-Lussemburgu u Malta, jiġu kkunsidrati ż-żoni urbani magħmula b’aktar minn belt waħda iżda, b’numru meħtieġ ta’ abitanti.

Fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ li tgħix fi l-bliet Ewropej u l-korrelazzjoni tagħha mad-diżabilitajiet, jiġi rikonoxxut li t-titjib fl -aċċessibbiltà ikollu benefi ċċji soċjali u ekonomiċi importanti.

Premju ieħor se jingħata lil netwerks ta’ bliet jew organizzazzjonijiet li matul l-2010 eċċellaw fi l-promozzjoni tal-aċċessibbiltà fl -ambjent urban. Is-suċċess tiegħek jista’ jispira lil bliet oħra Ewropej.

Aqsam l-ideat tiegħek permezz ta’ din il-kompetizzjoni u għin biex jiżdiedu l-inizjattivi.

Kun kburi bl-Access City Award fi s-Sala Muniċipali tiegħek.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit: www.accesscityaward.eu