Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Aħbarijiet rss

Aġenda Soċjali - L-impjiegi fost iż-żgħażagħ

12/02/2014 Aġenda Soċjali - L-impjiegi fost iż-żgħażagħ

L-aktar ħarġa reċenti ta' Aġenda Soċjali tenfasizza l-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-politika tal-impjiegi, dik soċjali u tal-inklużjoni sabiex tippromwovi l-impjiegi fost iż-żgħażagħ: kombinazzjoni ta' miżuri urġenti, immirati ħafna sabiex jappoġġaw liż-żgħażagħ direttament u ta' riformi strutturali fuq perjodu fit-tul.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li l-Kapijiet tal-Istati u l-gvernijiet qablu li jxerrdu madwar l-UE, tiġbor fi ħdanha dan l-approċċ il-ġdid. Din il-ħarġa tispjega:

  • dak kollu li tfisser il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE;
  • kif il-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 jipprovdi qafas għall-ġestjoni kemm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ kif ukoll għall-Inizjattiva tal-Impjiegi taż-Żgħażagħ;
  • kif ir-riforma tan-netwerk Ewropew tal-aġenziji u organizzazzjonijiet tal-impjiegi (EURES) sejra tgħin liż-żgħażagħ u lill-impjegaturi jestendu x-xewqa tagħhom għal impjiegi jew għal impjegati bil-ħiliet ix-xierqa mal-UE kollha.

Statistika li hemm f'Aġenda Soċjali 36

  • Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) jeħtieġ li l-Istati Membri jallokaw għallinqas 23.1% tas-sehem tal-fondi ta' Koeżjoni tal-UE għall-Fond Soċjali Ewropew.
  • Mill-2014 sal-2020, sejrin jiġu investiti aktar minn €80 biljun fuq l-aġġornament tal-ħiliet tal-popolazzjoni tal-Ewropa u fuq iż-żieda tal-impjiegi taħt il-Fond Soċjali Ewropew, liema ammont għandu jiżdied bil-finanzjament nazzjonali.
  • Ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar mid-doppju tar-rata għall-adulti (23.6% meta mqabbel ma' 9.5%, f'Novembru 2013).
  • 7.5 miljun ruħ fil-grupp ta' età ta' bejn il-15 u l-24 sena la għandhom impjieg u lanqas qegħdin jieħdu edukazzjoni jew taħriġ (NEETs). Fl-2012, 13.1% taż-żgħażagħ kienu NEETs (ċifra provviżorja), 2.2 punti perċentwali aktar milli erba' snin qabel, u dan jirrappreżenta żieda ta' aktar minn 20%.
  • Il-qgħad fost iż-żgħażagħ għal żmien twil qiegħed jiżdied: Fl-2012, aktar minn 32% tan-nies qiegħda li dak iż-żmien kellhom inqas minn 25 sena kienu ilhom bla xogħol għal aktar minn 12-il xahar.
  • Mill-2010, hemm ko-eżistenza ta' qgħad kbir u diffikultajiet dejjem ikbar biex jimtlew il-postijiet tax-xogħol battala.
  • Matul l-ewwel tliet xhur tal-2013, proġetti ffinanzjati minn L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek imlew 416-il post tax-xogħol battal, appoġġaw 262 intervista ta' xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE, ipprovdew 384 benefiċċju għal rilokazzjoni sabiex persuni żgħażagħ li qegħdin ifittxu xogħol jiġu megħjunin isibu posthom f'pajjiż ieħor, appoġġaw 442 taħriġ preparatorju kif ukoll 95 SMEs għal taħriġ ta' integrazzjoni.