Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Aħbarijiet rss

Aġenda Soċjali - L-innovazzjoni hija valida wkoll għall-impjiegi u l-politika soċjali

30/10/2013
Aġenda Soċjali - L-innovazzjoni hija valida wkoll għall-impjiegi u l-politika soċjali © Imageglobe

L-innovazzjoni tista' tgħin fil-promozzjoni tat-tkabbir inklussiv, fil-ġlieda kontra l-faqar, fl-iżgurar ta' tranżizzjoni għal ekonomija li tibża' għall-ambjent u fl-implimentazzjoni tal-garanzija taż-żgħażagħ, tgħid il-ħarġa ta' Novembru tal-Aġenda Soċjali.

Aġenda Soċjali 35 fiha artiklu speċjali fuq il-programm ta' finanzjament il-ġdid għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) għall-2014-2020, li sejjer jagħti xprunatura wkoll lill-intrapriżi soċjali u sejjer iwitti t-triq għall-esperimentazzjoni fuq skala ikbar permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2014-2020.

Statistiċi li hemm f'Aġenda Soċjali 35:

  • Aktar minn 6 000 intraprenditur diġà bbenefika minn self li b'kollox għandu total qrib il-€50 miljun taħt Progress Microfinance. Kważi 80% tal-mikro-kumpaniji appoġġati għadhom kif jiftħu u ilhom joperaw għal inqas minn tliet snin.
  • Bejn 100 u 150 uffiċjal lokali u reġjonali jistgħu jirreġistraw fuq inizjattiva proprja għat-tielet konvenzjoni annwali tal-Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali li ser issir fi Brussell fis-26-27 ta' Novembru.
  • Fl-2012, 4 mill-41 kumitat ta' djalogu soċjali settorjali tal-UE qablu fuq ftehimiet vinkolattivi - fuq il-ħinijiet tax-xogħol fi trasport fuq ilmijiet navigabbli interni, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-qasam tal-kura tax-xagħar, xogħol fis-settur tas-sajd fil-baħar u kuntratti standard għal plejers fis-settur tal-futbol professjonali.
  • 44% tal-ħaddiema huma koperti bi ftehimiet negozjati fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, meta mqabbel ma' 70% tal-ħaddiema fil-bqija tal-UE.
  • Ir-Roma jiffurmaw proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni fil-Bulgarija (c.10%), is-Slovakkja (9%), ir-Rumanija (8%), l-Ungerija (7%), il-Greċja, ir-Repubblika Ċeka u Spanja (1.5-2.5% kull wieħed).
  • Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, ir-Roma jiffurmaw 1 minn kull 5 persuni ġodda li jidħlu fis-suq tax-xogħol.
  • Integrazzjoni sħiħa tar-Roma fis-suq tax-xogħol tista' ġġib magħha benefiċċji stmati li jlaħħqu madwar €0.5 biljuni fis-sena għal xi pajjiżi.
  • Il-programm EaSI 2014-2020 sejjer iżid il-fondi għall-innovazzjoni minn €2-4 miljuni taħt PROGRESS 2007-2013 għal €10-14-il miljun.
  • B'baġit totali ta' €919.5 miljun fil-prezzijiet attwali (meta titqies l-inflazzjoni), l-EASI sejjer jalloka 61% tal-fondi tiegħu lill-qasam ta' PROGRESS, 18% lill-qasam tal-EURES u 21% lill-qasam tal-mikrofinanzi/intraprenditorija soċjali.
  • L-Ewropa rat żieda fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali ta' 4 miljun persuna aktar matul dawn l-aħħar 3 snin.