Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Aħbarijiet rss

Jum Ewropew għall-Forza tal-Anzjani: Użu tas-Setgħa tal-Voluntiera Anzjani

19/07/2012 Jum Ewropew għall-Forza tal-Anzjani: Użu tas-Setgħa tal-Voluntiera Anzjani

In-numru ta’ persuni li jaqbżu s-60 qed jiżdid b’ritmu mgħaġġel – fl-Ewropea u l-bqija tad-dinja.

Dan ifisser li aħna se ngħixu f’komunitajiet inqas vibranti li mhumiex kapaċi jlaħqu ma’ sfidi ġodda jew jipprovdu opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ u l-anzjani bl-istess mod ? Ċertament li le.

Persuni li għandhom sittin jew aktar jistgħu jkunu rtirati, iżda huma għandhom ħafna x’joffru lill-familji u l-komunitajiet tagħhom. Iżda ħafna minn dan il-potenzjal għadu fil-maġġor parti mhux esplorat. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru Flash 2008 sab li kważi tliet kwarti tal-Ewropej li għadhom ma rtirawx kieku jikkunsidraw li jipparteċipaw f’xogħol tal-komunità jew volontarju wara li jirtiraw. Madanakollu l-proporzjon attwali ta’ persuni rtirati li jagħmlu dan għadu verament baxx.

Hemm ħafna problemi li jridu jiġu trattati fis-soċjetajiet tagħna – u ħafna talent u esperjenza fil-ġenerazzjonijiet anzjani. Il-mistoqsijaewlenija hi kif se tiġi mobilizzata din il-forza formidabbli għall-benefiċċju tal-persuni ta’ kull età? L-idea wara l-Jum Ewropew għall-Forza tal-Anzjani hi dik li jinstabu tweġibiet għal din il-mistoqsija.

Kull sena, fl-1 ta’ Ottubru, pajjiżi minn madwar id-dinja jiċċelebraw l-Jum Internazzjonali Ddedikat lill-Anzjani. Allura din is-sena, fil-kuntest tas-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u sSolidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012, l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizazzjonijiet voluntiera madwar l-Ewropa kollha huma mistiedna jiddedikaw jum wieħed– jew l-1 ta’ Ottubru jew jum ieħor f’Ottubru – biex isibu modi ġodda biex jinvolvu voluntieri anzjani u jagħmlu l-aħjar li jistgħu bil-kontribuzzjoni tagħhom.

Hemm ħafna skop għal avvenimenti u attivitajiet differenti: fieri tal-volontarjat, jiem ta’ azzjoni fil-komunità (e.ż. biex itejjeb spazju pubbliku), voluntiera żgħażagħ jistiednu persuni anzjani biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom (‘ġib ħabib’)… Inti jista’ jkollok ideat oħra tiegħek! Gruppi ta’ voluntiera lokali jistgħu jingħaqdu mal-awtoritajiet lokali biex jorganizzaw dawn l-avvenimenti u biex ixerdu l-kelma permezz tal-midja lokali.

Aqsam dak li inti qed tagħmel ma’ persuni li għandhom l-istess ħsieb madwar l-Ewropa billi tinforma lill-aġenzija tal-kommunikazzjonijiet responsabbli mis-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva 2012. L-inizjattivi se jkunu ppubblikati fuq il-websajt uffiċjali.

Ibgħat imejl b’deskrizzjoni qasira tal-attività li qed tippjana lil euseniorforceday@paueducation.com. Id-deskrizzjoni tiegħek għandha tinkludi:

  • Min: l-organizazzjonijiet wara l-inizjattiva
  • Xiex: deskrizzjoni qasira tal-attività proposta
  • Fejn: pajjiż u lokalità jew komunità fejn l-attività se tiġi organizzata
  • Meta: data ppjanata f’Ottubru 2012
  • Websajt tal-inizjattiva jew l-organizazzjoni ewlenija warajha
  • Persuna ta’ kuntatt
  • Indirizz tal-imejl

L-istqarrija ta’ privatezza speċifika tispjega kif id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea u s-subkuntrattur tiegħu jużaw id-dejta miksuba permezz tal-imejl tiegħek u kif il-kunfidenzjalità tad-dejta hija protetta.

Għandek bżonn aktar informazzjoni? Jekk jogħġbok ikkuntattja euseniorforceday@paueducation.com.