Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Benefiċċji għall-familja

Il-benefiċċji tal-familja jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Il-pajjiż responsabbli għall-għoti tal-benefiċċji tiegħek meta tgħix fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera jiddependi mis-sitwazzjoni tal-familja tiegħek.

Familtek kollha tgħix f'pajjiż wieħed

Jekk il-membri kollha ta' familtek jgħixu fejn int assigurat, dan il-pajjiż hu responsabbli għall-benefiċċji tiegħek.

Int u familtek tgħixu f'pajjiżi differenti

Jekk familtek ma tgħix fil-pajjiż fejn int assigurat, familtek tista' tkun intitolata għal benefiċċji f'iktar minn pajjiż wieħed. Ma tirċevix il-benefiċċji darbtejn: ir-"regoli ta' prijorità" jiddeċiedu liema pajjiż hu responsabbli biex jipprovdihom.

Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż

Ir-regoli ta' prijorità

  • Ġeneralment, il-pajjiż fejn id-dritt ta' familtek hu bbażat fuq is-sitwazzjoni tal-impjieg jew tax-xogħol li tagħmel għal rasek hu responsabbli biex jipprovdi l-benefiċċji.
  • Jekk id-dritt tiegħek hu bbażat fuq impjieg jew xogħol għal rasek fiż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu wliedek hu responsabbli jekk wieħed mill-ġenituri jgħix hemm. Inkella l-pajjiż fejn jitħallsu l-iktar benefiċċji jkun responsabbli.
  • Jekk id-dritt tiegħek hu bbażat fuq pensjoni fiż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu wliedek hu responsabbli jekk dan il-pajjiż iħallas waħda mill-pensjonijiet. Inkella l-pajjiż fejn kont assigurat jew fejn għext l-iktar fit-tul ikun responsabbli.
  • Jekk id-dritt tiegħek hu bbażat fuq ir-residenza fiż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu wliedek ikun responsabbli.

Żidiet

Il-benefiċċji li tirċievi mill-pajjiż kompetenti jistgħu jkunu inqas minn dawk li kieku kont tirċievi mill-pajjiż l-ieħor fejn kellek id-drittijiet. Jekk dan hu l-każ, it-tieni pajjiż iħallas żieda li tikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.

Evalwa s-sitwazzjoni tiegħek

Fil-prattika l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli tiddependi fuq kull każ partikolari. Ikkuntattja l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek għal aktar dettalji. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. 

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Hu parir legali mill-Ewropa Tiegħek – Servizz ta' pariri
>

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+