Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Tinħtieġ għajnuna?

Jekk ma sibtx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek fuq din il-websajt, fil-mistoqsijiet frekwenti jew fil-gwida tagħna "Id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà soċjali", hemm modi oħra kif issib l-għajnuna.

L-ewwel pass: sib soluzzjoni f'pajjiżek

  • L-ewwel pass hu li tikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn qed taħdem, tgħix jew tinsab. Ftakar li d-drittijiet attwali tiegħek jiddependu fuq ir-regoli tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li hu kompetenti għall-każ tiegħek. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni
  • Jekk taħseb li ttieħdet deċiżjoni ħażina dwar il-każ tiegħek, tista' tuża l-metodi ta' appell provduti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ir-regolamenti tal-UE japplikaw direttament fil-pajjiżi kollha tal-UE, għalhekk tista' tagħmel appell quddiem l-awtoritajiet kompetenti u l-qrati.
  • Il-proċeduri tal-qorti jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Normalment, trid teżawrixxi l-appelli kollha quddiem l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali qabel ma tressaq il-każ tiegħek quddiem il-qorti. Nirrakkomandaw li l-ewwel tikkuntattja l-konsulent legali tiegħek li għandu jgħidlek x'għandek tagħmel u tevlawa l-probabbiltajiet ta' suċċess tal-kawża tiegħek.

Informazzjoni dwar l-UE u strumenti għar-riżoluzzjoni tal-problemi

Jekk tqis li l-leġiżlazzjoni jew il-prattiki amministrattivi ta' pajjiż partikolari huma f'kunflitt mar-regoli tal-UE, tista' tibgħat ilment lill-Kummissjoni Ewropea.

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+