Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Fejn japplikaw dawn ir-regoli?

Jekk int kopert mill-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, tista' toqgħod fuq dawn ir-regoli:

L-Unjoni Ewropea (UE)

l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Ungerija u r-Renju Unit.

Iż-ŻEE u l-Iżvizzera

  • in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein (il-Pajjiżi taż-ŻEE).
  • l-Iżvizzera.

Ir-Regolamenti ġodda 883/2004 u 987/2009 ilhom japplikaw għall-Isvizzera mill-1 ta' April 2012 u għan-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein mill-1 ta' Ġunju 2012. Mit-2 ta' Frar 2013 ir-Regolament 465/2012 japplika wkoll għan-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein.

Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż

Relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux membri tal-UE

Bħalissa l-UE qed taħdem fuq deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-Alġerija, il-Marokk, it-Tuniżija, il-Kroazja, il-Maċedonja (FYROM) u l-Iżrael. Id-deċiżjoni se tiżgura l-esportabilità ta' ċerti benefiċċji, bħall-pensjonijiet, abbażi tar-reċiproċità lejn iċ-ċittadini tal-UE. Bħalissa, il-benefiċċji huma trasferiti biss meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ftehim bilaterali jipprovdu għal dan.

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif.

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Hu parir legali mill-Ewropa Tiegħek – Servizz ta' pariri

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+