Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Liema regoli japplikaw għalik?

Meta tivvjaġġa fi ħdan l-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, dejjem se tapplika l-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss. L-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jevalwaw taħt liema leġiżlazzjoni ta' liema pajjiż int kopert skont ir-regoli tal-UE.
Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Taħdem f'pajjiż wieħed

Bħala regola ġenerali, int suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn taħdem bħala impjegat jew persuna li taħdem għal rasha. Ma jimpurtax fejn tgħix jew fejn hu bbażat min jimpjegak.

Taħdem f'pajjiż iżda tgħix f'ieħor

Jekk taħdem f'pajjiż tal-UE differenti minn dak fejn tgħix u tmur lura fil-pajjiż ta' residenza tiegħek kuljum, jew tal-anqas darba fil-ġimgħa, int ħaddiem transkonfinali ("ħaddiem bejn il-fruntieri"). Il-pajjiż fejn taħdem hu responsabbli għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħek. Japplikaw regoli speċjali għall-kura tas-saħħa u għall-qgħad. Sib aktar tagħrif fil-mistoqsijiet frekwenti.

Int ħaddiem issekondat f'pajjiż ieħor

Jekk tintbagħat minn min iħaddmek (jew minnek stess, jekk taħdem għal rasek) biex taħdem f'pajjiż ieħor għal massimu ta' 24 xahar, tibqa' assigurat fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek. Dan hu l-każ tal-"ħaddiema ssekondati" li għalihom japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi. Sib aktar tagħrif fil-mistoqsijiet frekwenti.

Taħdem f'iktar minn pajjiż wieħed

  • Jekk parti sostanzjali tal-attività tiegħek, jiġifieri tal-anqas 25%, hi fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, int tkun kopert mil-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
  • Jekk parti sostanzjali tal-attività tiegħek ma ssirx fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, tkun kopert mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju ta' min iħaddmek.
  • Jekk taħdem għal diversi persuni, li għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom f'pajjiżi differenti, tkun kopert mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' residenza tiegħek; anke jekk parti sostanzjali tal-attività tiegħek ma ssirx hemm.
  • Jekk taħdem għal rasek u parti sostanzjali tal-attività tiegħek ma ssirx fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, tkun kopert mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn jinsab iċ-ċentru ta' interess tal-attivitajiet tiegħek.
  • Jekk għandek impjieg u fl-istess ħin taħdem għal rasek f'pajjiżi differenti, tkun assigurat fil-pajjiż fejn tkun impjegat.
    Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Ma taħdimx

Jekk ma taħdimx, ir-regoli tal-UE xorta japplikaw għalik. Sib aktar tagħrif fil-mistoqsijiet frekwenti.

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. 

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Hu parir legali mill-Ewropa Tiegħek – Servizz ta' pariri

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+