Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-UE

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek

meta tmur f'pajjiż Ewropew ieħor

Impact of mobile EU citizens on national social security systems

Impact of mobile EU citizens on national social security systems

2013-10-14
According to a study just published by the European Commission in most EU countries, EU citizens from other Member States use welfare benefits no more intensively than the host country's nationals. Mobile EU citizens are less likely to receive disability and unemployment benefits in most countries studied.

Aħbarijiet rss

Xahar tas-Suq Uniku: qsim ta' ideat onlajn biex nibdlu l-Ewropa

19/09/2013 Xahar tas-Suq Uniku: qsim ta' ideat onlajn biex nibdlu l-Ewropa

Fit-23 ta’ Settembru se jiġi varat xahar ta’ dibattiti onlajn dwar l-impjiegi, il-banek, id-drittijiet soċjali, u l-kummerċ elettroniku. Individwi, organizzazzjonijiet u dawk li jfasslu l-politika se jaqsmu flimkien ideat kummerċjali li jistgħu jibdlu l-Ewropa.

L-UE qed torganizza dibattitu kbir onlajn madwar l-Ewropa mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru: biex tisma’ l-ideat taċ-ċittadini li jistgħu jibdlu l-futur tas-suq uniku.

Ix-Xahar tas-Suq Uniku se jseħħ onlajn u se jiġi organizzat f’24 lingwa matul erba’ ġimgħat, b'tema politika differenti esplorata kull ġimgħa:

  • L-impjiegi (23 - 25 ta’ Settembru): Kif issib ix-xogħol, tistabbilixxi negozju, jew tikseb rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek fl-Ewropa
  • Id-drittijiet soċjali (30 ta’ Settembru - 2 ta’ Ottubru): Id-drittijiet ta’ protezzjoni soċjali fis-suq uniku tal-UE, pensjonijiet, kura tas-saħħa, servizzi pubbliċi
  • Il-Banek (7 - 9 ta’ Ottubru): Protezzjoni tad-depożiti, evitatar ta' kriżi finanzjarja oħra, żgurar li l-banek jinvestu fl-ekonomija reali biex jitrawwem it-tkabbir
  • Il-kummerċ elettroniku (14 - 16 ta’ Ottubru): Bejgħ ta' prodotti onlajn, xiri ta' prodotti u konsenja f'pajjiż ieħor, il-protezzjoni tad-dejta personali fuq siti ta’ netwerking soċjali.

Ix-Xahar tas-Suq Uniku jipprovdi opportunità unika għan-netizens (iċ-ċittadini li jużaw l-internet) tal-Ewropa biex jikkummentaw fuqu, jisfidaw, u jirfinaw il-politiki u l-istrateġiji tal-Kummissjoni. Il-parteċipanti se jkollhom għadd ta’ modi biex jinteraġixxu ma’ dawk li jfasslu l-politika:

  • jipproponu ideat ta’ politika biex jittejjeb is-Suq Uniku
  • jivvutaw u jikkummentaw dwar l-ideat politiċi ppreżentati minn oħrajn
  • jistaqsu lill-esperti tal-UE, il-membri tal-parlament, u personalitajiet oħra ta' Brussell permezz ta’ video chats diretti.

L-ideat ikunu jistgħu jintbagħtu fuq il-pjattaforma onlajn. Aktar minn 300 idea diġà ġew imressqa minn partijiet interessati u individwi: introduzzjoni ta’ karta professjonali tal-mobilità għal infermiera, inizjattiva biex jiżdied il-litteriżmu finanzjarju fost iż-żgħażagħ, eċċ.

Diġà tista’ tivvota fuq dawn l-ideat u oħrajn, u se tkun tista' tiddibatti dwar tema differenti kull ġimgħa. Moderaturi indipendenti jiġbru fil-qosor ir-riżultati ta’ dawn id-dibattiti, li mbagħad jiġu ppubblikati f’rapport finali maħsub biex jgħin fil-formulazzjoni tal-liġijiet tal-UE ta’ għada.


…aktar aħbarijiet

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+