Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Drittijiet fuq ix-xogħol

© Yuttana Studio / Adobe Stock

Il-ħaddiema tal-UE kollha għandhom ċerti drittijiet minimi dwar:

  • is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: drittijiet u dmirijiet ġenerali, postijiet tax-xogħol, tagħmir, riskji speċifiċi u ħaddiema vulnerabbli:
  • l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel: trattament ugwali fuq ix-xogħol, tqala, liv tal-maternità, liv tal-ġenituri
  • il-ħarsien mid-diskriminazzjoni abbażi s-sess, razza, reliġjon, età, diżabilità u orjentazzjoni sesswali
  • il-liġi tax-xogħol: xogħol part-time, kuntratti ta’ żmien fiss, sigħat ta' xogħol, impjieg taż-żgħażagħ, tagħrif u konsultazzjoni għall-ħaddiema.

Il-pajjiżi individwali tal-UE jridu jkunu żguri li l-liġijiet nazzjonali tagħhom jipproteġu dawn id-drittijiet stipulati mil-liġijiet tal-UE dwar ix-xogħol (Direttivi).

Jekk tħoss li drittijietek ma ġewx irrispettati, l-ewwel post fejn għandek tmur huwa l-ispettorat tax-xogħol, tribunal industrijali, eċċ. f'pajjiżek.

Ixxerja din il-paġna