Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Protezzjoni Soċjali u l-Inkluzjoni Soċjali

Mara tisma’ karus bi stetoskopju

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa u tikomplementa l-politiki tal-Istati Membri fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali.

L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tistabbilixxi miri biex toħroġ mill-inqas 20 miljun persuna mill-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex iżżid ix-xogħol fost il-popolazzjoni bejn 20 u 64 sena għal 75%. L-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, inkluża l-Pjattaforma kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi, jappoġġaw sforzi biex jintlaħqu dawn il-miri.

Permezz tal-Pakkett ta' Investiment Soċjali tagħha, il-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri biex jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom lejn investiment soċjali matul il-ħajja.

Il-pakkett jikkomplementa:

Qafas ta' politika

Is-Semestru Ewropew jipprovdi qafas għad-direzzjoni u s-sorveljanza tar-riformi ekonomiċi u soċjali tal-pajjiżi tal-UE biex jilħqu l-miri ta' Ewropa 2020. L-isfidi u s-soluzzjonijiet proposti huma riflessi fir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi.

Peress li l-politiki soċjali jagħmlu parti integrali mill-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll l-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex jindirizzaw l-isfidi soċjali tagħhom permezz tal-azzjonijiet tagħhom imbassra fil-Pjattaforma kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-Pakkett tal-Investiment Soċjali kif ukoll il-fondi tal-UE, partikolarment il-Fond Soċjali Ewropew.

Kooperazzjoni politika

Il-Kummissjoni taħdem flimkien ma' pajjiżi tal-UE permess tal-Kumitat dwar il-Protezzjoni Soċjali bl-użu tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul u l-pensjonijiet.

Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni soċjali hu proċess volontarju għall-kooperazzjoni politika bbażat fuq il-qbil ta' għanijiet komuni u lejn dawn l-għanijiet bl-użu ta' indikaturi komuni. Il-proċess jinvolvi wkoll kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati, inklużi l-Imsieħba Soċjali u s-soċjetà ċivili.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+