Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Dwarna

Il-politiki soċjali u ta’ l-impjieg ta’ l-UE iġibu benefiċċji ta' veru għaċ-ċittadin, per eżempju, fit-tfittix għax-xogħol, f'li wieħed imur jgħix fi Stat Membru ieħor biex jaħdem jew għal raġunijiet oħra, it-titjib ta’ snajja, eċċ. Fi sħubija ma’ l-awtoritajiet nazzjonali, l-imsieħba soċjali, l-organizzaturi tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra, Id-Direttorat-Ġenerali jindirizza sfidi marbuta mal-globalizzazzjoni, ix-xjuħija tal-popolazzjoni Ewropea u r-realtajiet soċjali li dejjem jinbiddlu. Eżempji ta’ l-oqsma li fihom aħna attivi jinkludu l-appoġġ għal: 

  • Aktar impjiegi aħjar permezz ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi (li tqarreb il-politiki nazzjonali lejn dan il-qasam) u l-Fond Soċjali Ewropew (€9 biljun fis-sena bi sħab ma’ l-Istati Membri).   
  • Moviment liberu għall-ħaddiema u l-koordinazzjoni għall-iskemi tas-sigurtà soċjali. Dan ifisser li kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt li jaħdem u jgħix f'kwalunkwe pajjiż tal-UE u li n-nies li jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor mhumiex żvantaġġati fir-rigward is-sigurtà soċjali, inkluża il-kura tas-saħħa.
  • Kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol permezz ta’ standards minimi komuni fuq il-post tax-xogħol, bl-appoġġ u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali fuq il-livell Ewropew, bl-immodernizzar tar-relazzjonijiet ta’ xogħol, u bl-assistenza tal-ħaddiema ta’ l-UE li jixtiequ jiċċaqalqu. 
  • L-inklużjoni soċjali permezz ta’ sforzi ta’ l-appoġġ biex jingħelbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, ir-riforma tas-sistemi tal-ħarsien soċjali, l-evalwazzjoni ta’ żviluppi ġodda demografiċi u soċjali.  
  • Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea huma stabbiliti fil-Pjan Amministrattiv Annwali tad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet soċjali u l-Inklużjoni indaqs. 

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+