Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) fl-UE

X’inhi s-CSR?

Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tirreferi għall-kumpaniji li b'mod volontarju jmorru lil hinn minn dak li hu mistenni mil-liġi biex iwettqu għanijiet soċjali u ambjentali matul l-attivitajiet kummerċjali ta' kuljum. Din tkopri firxa ta' oqsma:

  • Ewropa 2020 (b'mod speċjali ħiliet u impjiegi ġodda, iż-żgħażagħ, l-iżvilupp lokali)
  • Negozju u drittijiet tal-bniedem
  • Rappurtar dwar is-CSR
  • Akkwist pubbliku soċjalment responsabbli

Il-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi lill-kumpaniji biex japplikaw prattiki ġusti tal-impjiegi billi jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari meta jiddaħħlu prodotti minn barra l-UE.

Eżaminazzjoni bejn il-pari tal-politiki u l-attivitajiet tal-Istati Membri tas-CSR

Il-Kummissjoni Ewropea wettqet eżaminazzjoni bejn il-pari tal-attivitajiet tal-Istati Membri tal-UE tas-CSR fl-2013-2014. Saru 7 laqgħat f'4 pajjiżi biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jifhmu aħjar il-politiki dwar is-CSR ta' xulxin, u jkunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet dwarhom lil xulxin. Dan l-eżerċizzju kien ukoll opportunità għall-Kummissjoni biex taġġorna r-rekords tagħha, u biex tagħti ħarsa lejn temi komuni u oħrajn speċifiċi skont il-pajjiż.

Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat il-Kompendju  tagħha tal-politiki u l-attivitajiet ta' responsabbiltà politika u korporattiva. L-aħħar wieħed sar fl-2011. Dan jirriżulta bħala konklużjoni ta' evalwazzjoni bejn il-pari matul l-2013-2014 mill-Istati Membri u flimkien magħhom tal-impenji tas-CRS tagħhom. Il-Kompendju għandu bażi tematika, li juri l-prijoritajiet komuni madwar l-UE kollha; u fih anness sostanzjali li jindirizza prijoritajiet nazzjonali.

Studji

Avvenimenti relatati


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+