Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Evalwazzjoni u studju dwar l-impatt

© Shutterstock



Il-Kummissjoni tivvaluta u tevalwa l-politiki u l-fondi kollha tagħha, inklużi fil-qasam tal-impjiegi, il-ħiliet, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni. Din il-ħidma ssegwi l-prinċipji u l-linji gwida għal Regolamentazzjoni aħjar.

Valutazzjoni ta’ inizjattivi ġodda

Għal inizjattivi ġodda, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi mistennija.

Din il-valutazzjoni tinkludi b’mod partikolari l-impatti fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, il-ħiliet u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (ara l-Kapitolu 3 tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar).

Ir-rappreżentanti tal-management u tax-xogħol – is-sħab soċjali – għandhom rwol partikolari fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt. Dawn jiġu kkonsultati dwar kwalunkwe inizjattiva soċjali Ewropea ġdida relatata mal-leġiżlazzjoni tal-politika soċjali permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni obbligatorja f’żewġ stadji.

Evalwazzjoni tal-politiki u l-fondi diġà fis-seħħ

Għall-politiki u l-fondi diġà fis-seħħ, il-Kummissjoni tevalwa sa liema punt l-intervent tal-UE kien ta’ suċċess u tipproponi titjib fejn meħtieġ (ara l-Kapitolu 6 tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar).

Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll gwida u appoġġ lill-Istati Membri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-livell nazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE+) u tal-Fond Ewropew għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD).

Din tiżgura li d-data tkun konsistenti u komparabbli, u tgħin lill-Istati Membri jwettqu analiżi, data ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ kwalità.

Semma' leħnek!

Id-DĠ EMPL jixtieq jisma’ l-fehmiet tiegħek dwar il-politiki, il-fondi u l-inizjattivi tiegħu li qed jiġu żviluppati bħalissa. Jekk jogħġbok aqsam il-fehmiet tiegħek fuq il-portal “Semma’ leħnek”.

Għal iktar informazzjoni

L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt kollha tal-Kummissjoni fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni huma disponibbli fit-taqsima tad-dokumenti relatati hawn taħt.

L-istudji kollha kkuntrattati mill-Kummissjoni biex jappoġġjaw dawn l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt huma disponibbli fil-katalogu tal-pubblikazzjonijiet.

Ixxerja din il-paġna