Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Opprtunitajiet ta' karriera

Il-Kwartieri tal-Kummissjoni Ewropea - il-bini Berlaymont

Għalkemm l-Impjieg u l-Politiki Soċjali huma fost l-attivitajiet ta' dan id-Direttorat Ġenerali, dan ma jfissirx li nistgħu nipprovdu kwalunkwe tip ta' impjieg dirett, apparti fejn ikun ikkonċernat id-Direttorat Ġenerali stess. Dan id-DĠ huwa parti mill-Kummissjoni Ewropea li timpjega l-ħaddiema tagħha bl-istess mod.

Tista' ssib taħdem f'dan id-Direttorat Ġenerali u fl-Istituzzjonijiet Ewropej l-oħra kollha jew bħala membru permanenti ta' l-istaff jew b'kuntratt temporanju.

Kuntratt permanenti

Jekk int interessat f'kuntratt permanenti, tista' taċċessa s-sit uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew ta' l-Għażla tal-Persunal (EPSO). Il-missjoni ta' dan l-uffiċċju hi li jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa biex jintagħżlu ħaddiema li jkunu kkwalifikati sew għar-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, Il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku, Il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman ta' l-Ewropa. Iż-żjara twasslek għal proċess ta' applikazzjoni, tweġiblek l-aktar mistoqsijiet komuni, u tiggwidak għal aktar tagħrif.

Kuntratt temporanju

Jekk int interessat f'kuntratt temporanju, tista' ssibha utli li taqra xi tagħrif dwar dawn it-tipi differenti ta' kuntratti

Opportunitajiet Oħra

Xi kultant, Nippubblikaw sejħiet għal espressjoni ta' interess speċifikament marbuta ma' l-attivitajiet tad-Direttorat Ġenerali tagħna.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+