Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

L-ewwel xogħol EURES tiegħek

Din x’inhi?

Skema ta' mobilità tal-impjiegi li tgħin liż-żgħżagħ Ewropej isibu xogħol, taħriġ jew apprendistat f'pajjiżi oħra tal-UE.

L-iskema hi parti mill-pakkett Żgħażagħ Attivi u l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ. Tista' tiġi inkorporata fl-iskemi nazzjonali Garanzija għaż-Żgħażagħ li jinkludu kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra tal-UE.

Il-mira għall-2015 għal L-ewwel impjieg EURES tiegħek hu li madwar 5,000 persuna jsibu xogħol f'pajjiżi tal-UE differenti minn tagħhom. L-inizjattiva tinvolvi biss għadd limitat ta' servizzi tax-xogħol.

L-ewwel impjieg EURES tiegħek qed jittestja mod ġdid kif jipprovdi serizzi ta' mobilità tax-xogħol imfasslin apposta għaż-żgħażagħ u għal min iħaddem. B'din l-iskema, is-servizzi nazzjonali tax-xogħol jipprovdu appoġġ – informazzjoni, reklutaġġ, tqabbil, kollokament u finanzjament – kemm għaż-żgħażagħ li jfittxu x-xogħol kif ukoll għan-negozji interessati li jħaddmu nies minn barra l-pajjiż tagħhom. Il-finanzjament hu soġġett għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta' dawn is-servizzi.

Għal aktar dettalji, ara l-lista ta' servizzi tax-xogħol u organizzazzjonijiet imsieħba li qed jipparteċipaw fl-iskema jew il-websajts tagħhom.

Min jikkwalifika għall-appoġġ?

  • Iċ-ċittadini tal-UE bejn18 u 30 sena u li jgħixu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE
  • L-impjegaturi kollha stabbiliti b'mod legali fil-pajjiżi tal-UE li joffru kuntratti ta' mill-inqas 6 xhur, sakemm il-paga u l-kundizzjonijiet jikkonformaw mal-liġi nazzjonali tax-xogħol.

X’tip ta' appoġġ jeżisti?

Għaż-żgħażagħ

L-iskema tiffinanzja korsijiet tal-lingwa jew forom oħra ta' taħriġ. Tkopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għaż-żgħażagħ li japplikaw għax-xogħlijiet jew taħriġ ibbażat fuq ix-xogħol, biex ikunu jistgħu jmorru għall-intervisti u jissetiljaw f'pajjiżi oħra tal-UE biex jaħdmu.

Il-pakkett ta' mobilità jinkludi miżuri ta' appoġġ ġodda għaż-żgħażagħ, deskritti fil-Gwida 2014-2015.

Għall-impjegaturi

Il-kumpaniji li għandhom sa 250 ħaddiem jistgħu japplikaw għal appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż ta' taħriġ tal-ħaddiema jew l-apprendisti l-ġodda u biex jgħinuhom jissetiljaw.

Kif tista' tipparteċipa?

Il-gwida ta' L-ewwel impjieg EURES tiegħek jelenka l-kundizzjonijiet u r-regoli tal-parteċipazzjoni. Bħalissa jinsabu żewġ verżjonijiet differenti:

Hawn taħt issib:

  • lista tas-servizzi tax-xogħol li joffru l-iskema, skont waħda mill-gwidi ta' hawn fuq
  • il-punti ta' informazzjoni fil-pajjiżi tal-UE li qed jipparteċipaw.

Jekk pajjiżek għadu ma joffrix dawn is-servizzi, tista' tikkuntattja kwalunkwe organizzazzjoni minn hawn taħt.

Is-servizzi tax-xogħol ta' L-ewwel impjieg EURES tiegħek

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+