Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Min hu eliġibbli?

PROGRESS jappoġġa finanzjarjament attivitajiet li għandhom dimensjoni qawwija mal-Ewropa kollha u bi skala adatta biex ikun żgurat valur miżjud tal-UE.

Il-programm ma jistax jappoġġa proġetti privati individwali każ b'każ - proġetti ta' din ix-xorta jistgħu jsibu opportunitajiet għal finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew jew mill-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress.

Il-parteċipazzjoni fi PROGRESS hi miftuħa għal:

  • 28 pajjiż tal-UE
  • Pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali
  • Pajjiżi tal-EFTA/ŻEE (in-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein)

It-tipi ta' organizzazzjonijiet li ġejjin jistgħu jwieġbu għal sejħa għal proposti jew għal sejħa ta' offerti, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kriterji fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi:

  • awtoritajiet nazzjonali
  • awtoritajiet lokali u reġjonali
  • servizzi pubbliċi tal-impjiegi
  • uffiċċji nazzjonali tal-istatistika
  • entitajiet speċjalizzati, universitajiet u istituti ta' riċerka
  • assoċjazzjonijiet tas-sidien / tal-impjegati u organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+