Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Netwerk ta' esperti (trESS)

Il-Kummissjoni Ewropea tiffinanzja netwerk ta' esperti dwar is-sigurtà soċjali Ewropea: trESS (taħriġ u rappurtar dwar is-Sigurtà Soċjali Ewropea). In-netwerk trESS jikkonsisti f'esperti indipendenti fil-qasam tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali Ewropea, ikkoordinat mill-Università ta' Ghent.

X'jagħmel in-netwerk? 

In-netwerk trESS jorganizza seminars speċjalizzati u jistabbilixxi netwerks bejn atturi differenti involuti fl-applikazzjoni tar-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fil-livell nazzjonali. Dawn jinkludu istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, avukati, imħallfin, imsieħba soċjali u esperti oħra.

In-netwerk jinforma wkoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-problemi ta' implimentazzjoni fil-pajjiżi tal-UE. Jagħmel analiżi legali u strateġika dwar ir-regoli tal-koordinazzjoni f'rabta mal-iżviluppi fil-liġijiet nazzjonali.

 

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+