Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Relazzjonijiet Esterni

Globu fuq jigsaw puzzle

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-pajjiżi biex:

  • tippromwovi l-iżvilupp soċjali lil hinn mill-fruntieri tal-UE
  • tippromwovi globalizzazzjoni ġusta biex tikkontribwixxi ħalli jiġu sfruttati l-benefiċċji u jonqsu l-ispejjeż tal-globalizzazzjoni għal kulħadd
  • tippromwovi politiki effettivi li jiżguraw li l-progress ekonomiku u soċjali jimxu id f'id
  • taqsam eżempji tajbin
  • tgħin tipprepara l-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali għas-sħubija mal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tiżgura li l-impjieg u l-aspetti soċjali jitqiesu meta l-UE tfassal il-politiki barranin ġenerali tagħha. Permezz tal-politiki kummerċjali u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kummissjoni tiffoka b'mod partikolari fuq il-kunċetti tal-iżvilupp sostenibbli u impjieg deċenti.

Organizzazzjonijiet internazzjonali u forums

Il-Kummissjoni taħdem mal-ILO, l-OECD, in-NU kif ukoll mal-G20, u organizzazzjonijiet internazzjonali u forums oħrajn biex:

  • tippromwovi d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni
  • tippromwovi impjiegi deċenti għal kulħadd:
    • impjiegi produttivi u magħżulin b'mod liberu
    • drittijiet fuq il-post tax-xogħol inklużi l-istandards bażiċi tax-xogħol
    • protezzjoni soċjali
    • djalogu soċjali
  • timplimenta d-dimensjoni esterna tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Membri ġodda prospettivi tal-UE (Tkabbir)

L-UE tara li tistimola l-impjiegi u l-politika soċjali tal-pajjiżi kollha li se jissieħbu fl-UE. Għal dan, il-Kummissjoni tħejji djalogu politiku mal-pajjiżi, u tevalwa l-progress tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali kull sena. In-negozjati dwar dawn il-kwistjonijiet isiru mal-pajjiżi kandidati, la jersqu eqreb lejn is-sħubija fl-UE.

Il-Kummissjoni, fl-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir 2010-2011, laqgħet l-intenzjoni ta' ħafna pajjiżi li jixtiequ jissieħbu biex tirrifletti l-istrateġija Ewropa 2020 fil-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma tagħhom.

Il-Kummissjoni taħdem biex issaħħaħ il-kapital uman u tgħin fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali f'dawn il-pajjiżi, permezz ta' miżuri appoġġati mill-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), partikolarment il-Komponent IV għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, li jgħin lill-pajjiżi kandidati fil-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-Fond Soċjali Ewropew.

Pajjiżi ġirien oħrajn

L-UE tikkoopera mal-pajjiżi ġirien dwar l-impjiegi u kwistjonijiet soċjali permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-inizjattivi reġjonali bħal:

Il-Kummissjoni Ewropea tinnegozja ftehimiet, tmexxi djalogi politiċi u skambji ta' eżmepji tajbin dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali mal-pajjiżi kkonċernati.

Il-pajjiżi żviluppati u s-swieq emerġenti

Il-kooperazzjoni tieħu l-forma ta':

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+