Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

FAQ - Glossarju

Fejn?

Dan hu l-pajjiż fejn tgħix normalment - pajjiżek. Fi kliem ieħor, fejn jinsab iċ-ċentru tal-interess tiegħek. L-artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 987/2009 jipprovdi lista ta' kriterji biex jgħinu lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jevalwaw liema pajjiż għandu jitqies bħala l-post ta' residenza.

Il-kriterji jinkludu: kemm domt fuq it-territorju tal-pajjiżi kkonċernati; l-istatus u r-rabtiet ta' familtek; is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni tiegħek u kemm hi permanenti; il-post fejn għandek attivitajiet professjonali jew bla lukru; il-karatterisitiċi tal-attività professjonali tiegħek; fejn tgħix għal raġunijiet ta' taxxa; fil-każ ta' studenti, is-sors tad-dħul tagħhom. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni dwar liema pajjiż għandu jitqies bħala l-post ta' residenza tiegħek issir mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u mhux minnek.

Żjara temporanja hi perjodu li matulu toqgħod f'post differenti minn dak fejn tgħix is-soltu iżda li ma ċċaqlaqx iċ-"ċentru tal-interess" tiegħek fih. Iċ-ċentru tal-interess hu evalwat mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jiġi determinat il-post ta' residenza tiegħek (ara d-definizzjoni tar-residenza hawn fuq). Għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, żjara temporanja mhijiex limitata għal perjodu definit iżda hi marbuta mal-idea tar-residenza.

Ngħidu aħna, il-fatt li student li jmur jistudja f'pajjiż ieħor għal iktar minn tliet xhur jirreġistra mal-awtoritajiet lokali ma jistax jitqies bħala bidla tar-residenza: jekk l-istudent biħsiebu jmur lura fil-post ta' residenza tiegħu wara l-perjodu ta' studju, dan jitqies li qiegħed fuq żjara temporanja u għalhekk jista' juża l-Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa (EHIC).

Min?

Attività bħala impjegat jew persuna li taħdem għal rasha tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti għall-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera fejn teżisti tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti (Art. 1 tar-Regolament 883/2004).

Ħaddiem transkonfinali hu persuna li taħdem f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera u tgħix f'pajjiż differenti minn dawn il-pajjiżi, iżda li tirritorna kuljum, jew tal-anqas darba fil-ġimgħa.

Skont ir-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE, persuna assigurata hi persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa f'pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera biex ikollha d-dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

Membru tal-familja hu kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala tali mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera li taħtha huma pprovduti l-benefiċċji. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Skont ir-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE, persuna mingħajr Stat għandha l-istess tifsira li tinsab fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tal-persuni mingħajr Stat, iffirmata fi New York fit-28 ta' Settembru 1954.

Skont ir-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE, refuġjat għandu l-istess tifsira li tinsab fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f'Ġinevra fit-28 Lulju 1951.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+