Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

FAQ - Għotjiet għall-mewt

Benefiċċji tas-superstiti

 

 

B'mod ġenerali, ir-regoli li japplikaw għall-pensjonijiet għall-konjugi superstiti jew l-orfni huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-pensjonijiet tal-invalidità u tax-xjuħija.

Jiġifieri, il-pensjonijiet tas-superstiti għandhom jitħallsu irrispettivament minn fejn jgħixu l-konjugi superstiti fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Għotjiet għall-mewt

Bħall-kategoriji ta' benefiċċji l-oħrajn, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom iqisu l-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, meta jkun neċessarju li jiġi evalwat dritt għall-għotjiet għall-mewt.

L-għotjiet għall-mewt jitħallsu mill-istituzzjoni tal-pajjiż fejn il-persuna l-mejta kienet assigurata, irrispettivament mill-pajjiż tal-UE (jew l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera) fejn jgħixu l-persuni intitolati.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+