Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

FAQ - Tinħtieġ għajnuna?

Diġà żort il-paġna tagħna dwar kif issib l-għajnuna?

Riżorsi nazzjonali

Kull wieħed minn 31 pajjiż li japplika r-regoli tal-koordinazzjoni tal-UE għandu korp ta' kollegament speċjali b'esperjenza speċifika fl-indirizzar tal-kwistjonijiet transkonfinali tas-sigurtà soċjali. Din l-istituzzjoni għandha rwol importanti biex twieġeb għat-talbiet ta' informazzjoni u għajnuna f'isem iċ-ċittadini, iżda wkoll ta' istituzzjonijiet nazzjonali oħra li għandhom bżonn l-għajnuna.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Peress li l-liġi tal-UE tikkoordina biss is-sistema tas-sigurtà soċjali, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħek dejjem tiddependi mid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali li japplikaw għall-każ tiegħek. B'hekk ħafna drabi l-awtoritajiet nazzjonali jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jipprovdulek pariri u informazzjoni peress li huma familjari kemm mar-regoli tal-UE kif ukoll mas-sett ta' liġijiet interni.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Riżorsi Ewropej

M'għandek l-ebda possibbiltà li tressaq il-każ tiegħek direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-qorti nazzjonali li tittratta l-każ tiegħek tista' titlob "digriet preliminari" lill-Qorti biex issir taf kif għandha tiġi interpretata dispożizzjoni speċifika tar-regoli tal-UE, jekk id-deċiżjoni dwar il-każ tiegħek tiddependi minn din l-interpretazzjoni. Din l-interpretazzjoni hi vinkolanti.

Kull qorti nazzjonali tista' tirreferi għall-Qorti, anke fi prim'istanza. Jekk l-ebda appell ieħor ma jkun possibbli kontra d-deċiżjoni tagħha, hi obbligata tapplika għal digriet preliminari. Dejjem tista' tissuġġerixxi li l-imħallef fil-każ tiegħek għandu jikkonsulta lill-Qorti, iżda f'ħafna każijiet, il-każistika eżistenti tal-Qorti hi ċara biżżejjed biex tippermetti li ssir deċiżjoni dwar il-każ tiegħek.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirreferi kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja meta tqis li dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali u tar-regolamenti huma inkompatibbli mar-regoli tal-UE (l-hekk imsejħa "proċedura ta' ksur").

L-UE tipprovdi ħafna informazzjoni u strumenti għas-soluzzjoni tal-problemi biex tgħin liċ-ċittadini jsibu soluzzjonijiet u jinfurzaw drittijiethom. Barra minn hekk, jekk tqis li l-leġiżlazzjoni jew il-prattiki amministrattivi ta' pajjiż partikolari huma f'kunflitt mar-regoli tal-UE, tista' tibgħat ilment lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni kontra dan il-pajjiż għan-nuqqas ta' konformità sabiex itemm dan il-ksur. Jekk ikun hemm bżonn, tista' tirreferi l-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi tagħti bidu għal proċedura ta' ksur. Biex tinbeda din il-proċedura, la hemm bżonn li r-rimedji u l-appelli nazzjonali jiġu eżawriti, u lanqas l-eżistenza ta' individwu konkret.

Madankollu, il-proċedura tieħu ħafna żmien u minn 600 sentenza tal-Qorti ftit huma r-riżultat ta' proċedura ta' ksur. Iktar minn 90% tas-sentenzi jingħataw wara rikjesti għal digrieti preliminari ppreżentati mill-qrati nazzjonali.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+