Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Fejn japplikaw dawn ir-regoli?

Jekk int kopert mill-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, tista' toqgħod fuq dawn ir-regoli:

L-Unjoni Ewropea (UE)

l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.

Ir-Renju Unit

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali m'għadhomx japplikaw għar-Renju Unit u fih mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, id-drittijiet tal-persuni koperti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ konkluż bejn l-UE u r-Renju Unit jibqgħu jiġu protetti.

Għal persuni mhux koperti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn l-UE u r-Renju Unit hija rregolata mill-Protokoll rilevanti għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Filwaqt li huwa simili għar-regoli tal-UE u komprensiv fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-Protokoll ma jipprevedix livell identiku ta’ protezzjoni bħar-Regolamenti tal-UE.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Iżvizzera

  • in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein (il-Pajjiżi taż-ŻEE).
  • l-Iżvizzera.

Ir-Regolamenti l-ġodda 883/2004 u 987/2009 japplikaw għall-Iżvizzera mill-1 ta’ April 2012 u għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein mill-1 ta’ Ġunju 2012. Mit-2 ta’ Frar 2013, ir-Regolament 465/2012 japplika wkoll għan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein.

Skopri aktar dwar id-drittijiet tiegħek skont il-pajjiż

Relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux membri tal-UE

Bħalissa l-UE qed taħdem fuq deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Maċedonja ta' Fuq u l-Iżrael. Id-deċiżjoni se tiżgura l-esportabbiltà ta' ċerti benefiċċji, bħall-pensjonijiet, abbażi tar-reċiproċità lejn iċ-ċittadini tal-UE. Bħalissa, il-benefiċċji huma esportati biss meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ftehim bilaterali jipprovdu għal dan.

Aktar informazzjoni

Iċċekkja l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif.

Għandek bżonn aktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt?

Agħmel il-mistoqsija tiegħek permezz ta’ Europe Direct 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma’ amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Your Europe

Ixxerja din il-paġna