Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Xi tfisser koordinazzjoni?

Ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali ma jiħdux post is-sistemi nazzjonali b'regola Ewropea waħda. Il-pajjiżi kollha huma liberi li jagħżlu min għandu jkun assigurat taħt liema leġiżlazzjoni, liema benefiċċji jingħataw u taħt liema kundizzjonijiet. L-UE tipprovdi regoli komuni biex tipproteġi d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tivvjaġġa fl-Ewropa (UE 28 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera)

Għal min japplikaw dawn ir-regoli? 

L-erba' prinċipji ewlenin 

  1. Int kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed kull darba, għalhekk trid tħallas il-kontribuzzjonijiet f'pajjiż wieħed. Id-deċiżjoni dwar liema leġiżlazzjoni ta' liema pajjiż tapplika għalik issir mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Ma tistax tagħżel int.
    Sib liema regoli japplikaw għalik
  2. Għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn int kopert. Dan hu magħruf bħala l-prinċipju tat-trattament ugwali jew tan-non-diskriminazzjoni.
  3. Jekk ikun hemm bżonn meta titlob benefiċċju, il-perjodi preċedenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza f'pajjiżi oħra jiġu kkunsidrati.
  4. Jekk int intitolat għal benefiċċju fi flus minn pajjiż wieħed, ġeneralment tista' tirċevih anke jekk tgħix f'pajjiż differenti. Dan hu magħruf bħala l-prinċipju tal-esportabilità.

Aktar tagħrif 

Mill-1 ta' Mejju 2010 jibdew japplikaw ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni mmodernizzata (Regolamenti 883/2004 u 987/2009). Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. Sib iktar informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż li jinteressak. 

Għandek bżonn iktar għajnuna? 

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Hu parir legali mill-Ewropa Tiegħek – Servizz ta' pariri

 

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+