Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Progress Microfinance

Jekk jogħġbok innota li xi pubblikazzjonijiet huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

L-aħħar addizzjonijiet

05/12/2013

EaSI - Programm Kwadru Ġdid tal‑UE għall‑impjiegi u l‑politika soċjali  (05/12/2013)

Catalog N. : KE-03-13-702-MT-C

EaSI, il‑Programm ġdid pan‑Ewropew għall‑impjiegi u l‑politika soċjali, sejjer jgħin lill‑UE sabiex twassal politika aktar koerenti, tħajjar il‑mobilità fuq ix-xogħol u tipprovdi mikrofinanzi mmirati għal dawk l‑aktar vulnerabbli. Billi jgħaqqad PROGRESS, EURES u PROGRESS Mikrofinanzi fi programm kwadru wieħed, EaSI sejjer jgħin sabiex iwassal xogħlijiet ġodda u tkabbir sostenibbli b’mod aktar effiċjenti billi jpoġġi l‑enfasi fuq l‑innovazzjoni soċjali. Sir af kif.

Din il-pubblikazzjoni hi disponibbli f’format stampat fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

17/07/2012

Mikrofinanzjament għall-Progress - Eżempji ta’ intraprendituri  (17/07/2012)

Catalog N. : KE-32-12-231-MT-C

Il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress (fil-qasir, Mikrofinanzjament għall-Progress) li tnediet f’Novembru 2010, għandha l-għan li żżid l-aċċess għall-mikrofinanzjament madwar l-Ewropa. Il-mikrofinanzjament huwa għodda vitali sabiex tħeġġeġ it-tkabbir, u tagħti lil dawk in-nies li jista’ jkun ma jkollhomx l-opportunità mod ieħor, iċ-ċans li jwettqu l-ambizzjonijiet intraprenditorjali tagħhom. Il-fuljett tal-Mikrofinanzjament għall-Progress jagħti ħarsa ġenerali lejn il-modi li bihom l-inizjattiva tippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali fl-Ewropa u jagħti dettalji dwar kif in-nies jistgħu japplikaw għal mikrokreditu. Jagħti deskrizzjoni ta’ intraprendituri minn madwar l-Ewropa li diġà bbenefikaw mill-Mikrofinanzjament għall-Progress. Il-fuljett huwa disponibbli f’format stampat bi 22 lingwa uffiċjali tal-UE u f’format elettroniku bl-Irlandiż.

25/07/2011

Mikrofinanzjament għall-Progress - Ħolqien ta’ opportunitajiet  (25/07/2011)

Catalog N. : KE-31-11-168-MT-D

Il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress (Mikrofinanzjament ta’ Progress) hija inizjattiva tal-UE bl-iskop li tagħmilha aktar faċli lin-nies li jridu jibdew jew ikabbru n-negozju żgħir tagħhom biex ikollhom aċċess għall-kreditu. Din l-inizjattiva tippromwovi x-xogħol u l-inklużjoni soċjali permezz tal-intraprenditorja u x-xogħol indipendenti fl-Ewropa u hija koordinata mill-viċin bi strumenti eżistenti biex tgħin il-mikrofinanzjament fl-Unjoni Ewropea. Il-fuljett dwar il-Mikrofinanzjament għall-Progress jipprovdi ħarsa ġenerali tal-istrument ta’ mikofinanzjament, min jista’ jibbenifika minnu u kemm jistagħu japplikaw nies għalih. Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-forma stampata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+