Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Pubblikazzjonijiet relatati

  • 11/11/2015

    Gwida mhux vinkolanti għall-prattika tajba għall-implimentazzjoni tad- Direttiva 2013/35/UE - ampi Elettromanjetiċi - L-Ewwel Volum: Gwida Prattika

    Id-Direttiva 2013/35/UE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tas-sikurezza rigward l-esponiment tal-ħaddiema għal riskji minn kampi elettromanjetiċi (EMF). Din il-gwida prattika tħejjiet sabiex tassisti lill-impjegaturi, b’mod partikolari lil impriżi żgħar u medji, sabiex jifhmu x’ser ikollhom bżonn jagħmlu biex jikkonformaw mad-Direttiva. Madankollu, tista’ tkun siewja wkoll għal ħaddiema, rappreżentanti tal-ħaddiema u awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri. Din il-gwida prattika hija magħmula minn żewġ volumi u minn gwida speċifika għall-SMEs. L-Ewwel Volum tal-gwida prattika jipprovdi pariri dwar kif issir il-valutazzjoni tar-riskji u aktar pariri dwar l-għażliet li jistgħu jkunu disponibbli meta l-impjegaturi jkollhom bżonn jimplimentaw miżuri protettivi jew preventivi addizzjonali. It-Tieni Volum jippreżenta tnax-il studju tal-każ li juru lill-impjegaturi kif jagħmlu l-valutazzjonijiet u juru wħud mill-miżuri preventivi u protettivi li jistgħu jintgħażlu u jiġu implimentati. L-istudji tal-każijiet huma ppreżentati fil-kuntest ta’ postijiet tax-xogħol ġeneriċi, iżda ġew ikkumpilati minn sitwazzjonijiet tax-xogħol veri. Il-gwida għall-SMEs ser tgħinek tagħmel valutazzjoni inizjali tar-riskji mill-EMF fuq il-post tax-xogħol tiegħek. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ din il-valutazzjoni, ser tgħinek tiddeċiedi jekk għandekx bżonn tieħu azzjoni ulterjuri bħala riżultat tad-Direttiva dwar l-EMF. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli fil-format elettroniku fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

  • 07/06/2017

    Gwida Ewropea għall-prevenzjoni tar-riskji f’bastimenti tas-sajd żgħar

    Din il-gwida hija maħsuba biex ikun hemm prevenzjoni tar-riskju għall-bastimenti tas-sajd żgħar u għal dawk li jaħdmu fuqhom, b’mod li kemm il-bastimenti kif ukoll l-ekwipaġġi tagħhom jirritornaw mill-vjaġġ qawwijin u sħaħ. Billi dawn il-bastimenti jirrappreżentaw madwar 80 % tal-flotta tas-sajd sħiħa tal-UE u l-imwiet, il-korrimenti u t-telf ta’ bastimenti laħqu livelli mhux aċċettabbli, din il-gwida hija kruċjali fil-prevenzjoni tar-riskji u fil-protezzjoni tal-komunitajiet tas-sajd fuq skala akbar. Il-moduli differenti fil-gwida jiffukaw fuq oqsma ewlenin, b’mod partikolari l-bastiment, l-ekwipaġġ, l-operazzjonijiet tas-sajd, l-avvenimenti ta’ każijiet reali, il-valutazzjoni tar-riskju u informazzjoni addizzjonali bħall-apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma, l-istabbiltà, l-ewwel għajnuna, it-tagħmir tax-xogħol u l-eżerċizzji ta’ taħriġ f’każ ta’ emerġenza. Glossarju flimkien ma’ stampi, ritratti u ċarts jenfasizzaw il-punti importanti fil-gwida, u jagħmluha referenza estremament faċli għall-utent.

  • 03/04/2017

    Final report of the HazChem@Work project

    The HazChem@Work project commissioned by DG Employment aimed at creating a database and developing a model to estimate the occupational exposure for a list of hazardous chemicals in EU countries and in the EFTA/EEA countries.

    Some annexes and an executive summary are downloadable separately.