Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Katalgu tal-pubblikazzjonijiet

Jekk jogħġbok innota li xi pubblikazzjonijiet huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

<<<<<<< HEAD
19/08/2013

It-tikketti kimiċi sejrin jinbidlu: Kif inhi affettwata l-protezzjoni tal-ħaddiema?  (19/08/2013)

Catalog N. : KE-30-13-227-MT-C

It-tikketti kimiċi sejrin jinbidlu: Kif inhi affettwata l-protezzjoni tal-ħaddiema?

Matul il-ftit snin li ġejjin, ir-Regolament tal-UE dwar il-Klassifikazzjoni, Tikkettar u Imballaġġ (CLP) dwar is-sustanzi kimiċi sejjer jinbidel sabiex jidentifika l-perikli. Dan sejjer jirriżulta f'tibdil għall-informazzjoni li tiġi kkomunikata lill-utenti tas-sustanzi kimiċi fuq it-tikketti u fil-folji tad-dejta tas-sigurtà (SDSs). Nies li jaħdmu bil-kimiċi għandhom jaddattaw irwieħhom għal dawn it-tibdiliet, u dan id-dokument sejjer ikun ta' gwida prattika. B'mod speċifiku, sejjer jispjega kif dawn il-bidliet sejrin jaffettwaw ir-responsabilitajiet tiegħek skont direttivi varji tal-protezzjoni tal-ħaddiema tal-UE (id-direttiva dwar is-sustanzi kimiċi, id-direttiva dwar il-karċinoġeni u l-mutaġeni, id-direttiva dwar is-sinjali tas-sigurtà, id-direttiva dwar ħaddiema nisa tqal u direttiva dwar iż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol).