Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Katalgu tal-pubblikazzjonijiet

Jekk jogħġbok innota li xi pubblikazzjonijiet huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

17/03/2011

Gwida mhux vinkolanti għal prattika tajba għall-fehim u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/57/KEE “Postijiet ta’ Kostruzzjoni”  (17/03/2011)

Catalog N. : KE-30-10-351-MT-C

Gwida mhux vinkolanti għal prattika tajba għall-fehim u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/57/KEE “Postijiet ta’ Kostruzzjoni”

Din il-gwida mhux vinkolattiva tagħti informazzjoni prattika għall-fehim u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/57/KEE dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli. Billi tispjega d-Direttiva u tagħti suġġerimenti u eżempji ta’ prattika tajba, hija timmira li tgħin lill-partijiet kollha involuti fil-kostruzzjoni, inkluż klijenti, sorveljaturi tal-proġetti, disinjaturi, koordinaturi, kuntratturi u impjegaturi oħra, ħaddiema, fornituri u oħrajn, floqsma li ġejjin: • fil-fehim u l-implimentazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni (Kapitolu 1); • fil-fehim tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà tad-Direttiva, inkluż meta u għal xiex tapplika, id-dmirijiet u l-irwoli ta’ dawk b’interess u d-dokumentazzjoni li hija meħtieġa (Kapitolu 2); • billi tidentifika xi perikoli u riskji tipiċi matul xogħol tal-kostruzzjoni (Kapitolu 3); • fil-ġestjoni tar-riskji għal sakemm idumu l-proġetti tal-kostruzzjoni, mit-tħejjija tal-proġett, waqt il-kostruzzjoni, u fil-fażi ta’ wara l-kostruzzjoni (Kapitolu 4); u • billi tagħti fil-qosor id-dmirijiet ta’ dawk b’interess skont il-fażijiet (Kapitolu 5). Din il-pubblikazzjoni hi disponibbli f’format stampat bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u f’format elettroniku fil-lingwi uffiċjali l-oħra kollha tal-UE. CD li fiha 22 verżjoni lingwistika (Numru tal-katalgu: KE-31-11-011-1X-Z, ISBN 978-92-79-19096-4) hija disponibbli wkoll.

Iktar dwar dan is-suġġett Iktar dwar dan is-suġġett

Ordna mis-sit [EU Bookshop] Ordna mis-sitEU bookshop

pdf Niżżel il-PDF

български čeština dansk Deutsch eesti keel ελληνικά English español français italiano latviešu valoda lietuvių kalba magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska

Materjal li tista' tniżżel:20903

Pubblikazzjonijiet relatati