Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Katalgu tal-pubblikazzjonijiet

Jekk jogħġbok innota li xi pubblikazzjonijiet huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

28/01/2011

Xiri soċjali - Gwida sabiex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl -akkwisti pubbliċi  (28/01/2011)

Catalog N. : KE-32-10-584-MT-C

Xiri soċjali - Gwida sabiex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl -akkwisti pubbliċi

L-akkwist pubbliku jammonta għal madwar 17% tal-prodott gross domestiku tal-UE. Għalhekk, l-influwenza ta’ dan is-settur f’oqsma bħall-politika soċjali hija konsiderevoli. Bil-Gwida dwar il-Kunsiderazzjoni tal-Kunsiderazzjonijiet Soċjali fl-Akkwist Pubbliku, il-Kummissjoni Ewropea timmira li tikkapitalizza fuq dan billi (a) tqajjem għarfien fost l-awtoritajiet kontraenti dwar il-benefiċċji meta jagħżlu oġġetti u servizzi li jagħtu eżiti soċjali tajbin u (b) tispjega l-opportunitajiet offruti mill-qafas legali eżistenti tal-UE biex jiġu kkunsidrati l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku. Il-Gwida tiddefinixxi l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli qabel tispjega l-benefiċċji tiegħu. Din tħares lejn l-SRPP fir-rigward tal-mudell soċjali tal-UE u l-approċċ legali u tal-politika lejn is-suġġett fl-Unjoni. Il-Gwida telabora wkoll strateġija għall-SRPP u tispjega kif jiġu identifikati l-bżonnijiet u jiġu ppjanati l-proċeduri għall-akkwist. Il-Gwida tispjega wkoll, minn perspettiva legali, kif il-kunsiderazzjonijiet soċjali jistgħu jiġu indirizzati fl-istadji differenti tal-proċess tal-akkwisti (mid-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għażla, għall-għoti ta’ kuntratti u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni sussegwenti). Qegħdin jiġu pprovduti eżempji nazzjonali biex juru l-passi differenti fi ħdan il-proċess. Din il-pubblikazzjoni hi disponibbli f’format stampat fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Aqra wkoll: Ixtri għal ambjent aħjar ! – Manwal ta’ l-akkwist pubbliku favur l-ambjent