Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Każistika

Il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi kull responsabbiltà finanzjarja ta' rikoveru riċevut minn sptar privat ta' Stat Membru ieħor mhijiex kompatibbli mal-prinċipju tal-moviment ħieles tas-servizzi. Rigward dan il-prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat ir-regolamentazzjoni li titratta b'mod differenti sitwazzjoni ta' rikoveru riċevut fi Stat Membru ieħor minn sitwazzjoni simili fejn ir-rikoveru ngħata fit-territorju ta' Stat Membru. Min-naħa l-waħda, ċittadin għandu jħallas ir-rikoveri ta’ l-isptar riċevuta fi stabbiliment privat ta' Stat Membru ieħor mingħajr ma jirċievi ebda rifużjoni, filwaqt li ma għandu jħallas xejn f'każ ta' rikoveru fi stabbiliment pubbliku jew privat konvenzjonat mill-Istat proprju tiegħu; mill-banda l-oħra, l-ispejjeż ta' rikoveru b'urġenza fi stabbiliment privat ta' Stat Membru ieħor ma jitħallsux lura filwaqt li jitħallsu lura jekk il-pazjent ikun ġie rikoverat fi stabbiliment privat mhux konvenzjonat mill-Istat proprju tiegħu. Din ir-regolamentazzjoni tiskoraġġixxi, biex ma jingħadx ukoll li xxekkel lill-pazjenti milli jirrikorru għas-servizzi tas-saħħa stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra. Il-karattru assolut tal-projbizzjoni m'huwiex adattat għall-għanijiet; jistgħu jitqiesu miżuri inqas restrittivi u li jirrispettaw aktar il-moviment ħieles tas-servizzi.

Dettalji tal-każ Stamatelaki

Meta tivvjaġġa lejn Stat ta’ l-UE ieħor għall-kura fi sptar u tkun akkumpanjat minn persuna oħra, kif huma koperti l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ikel għall-persuna assigurata u l-persuna li qed takkumpanja lilu jew lilha, fil-każ ta’ kura fi sptar fi stat membru ieħor, ikun jiddependi fuq kif l-ispejjeż huma koperti fl-Istat fejn inti tkun assigurat/a.

Dettalji tal-każ Acereda Herrera

L-obbligu li tkun rimborżata l-ispiża għal kura fi sptar mogħtija fi Stat Membru ieħor japplika wkoll għal servizz ta’ saħħa nazzjonali li jipprovdi din il-kura mingħajr ħlas. Is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali tar-Renju Unit (NHS) ma jistax jirrifjuta lil pazjent l-awtorizzazzjoni li jirċievi kura barra l-pajjiż fuq il-bażi taż-żmien ta’ stennija għal kura fl-isptar fl-Istat ta’ residenza, kemm-il darba ma jurix li ż-żmien ta’ stennija ma jaqbiżx perjodu medikament aċċettabbli fid-dawl tal-kundizzjoni u tal-ħtiġijiet kliniċi tal-pazjent.

Dettalji tal-każ Watts

L-ispejjeż tal-kura medika ta’ persuna li għandha l-formoli E 111 u E 112 li, għal raġunijiet mediċi urġenti, trid tiddaħħal fi sptar fi Stat mhux membru, għandhom jinġarru, skond ir-regolamenti tagħha, mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru ta’ fejn il-persuna tkun f’isem l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Dettalji tal-każ Keller

Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża li tirregola d-dritt ta’ l-impjegati taċ-ċivil li jieħdu rimborż għall-kura fi spa jaffettwa l-libertà fl-għoti ta’ servizzi. Iċ-ċaħda ta’ rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ kura li saret barra l-pajjiż kemm-il darba ma jkunx ippruvat li hija aktar effettiva minn kura mogħtija fil-Ġermanja huwa ostaklu mhux ġustifikat għall-għoti ħieles ta’ servizzi.

Dettalji tal-każ Leichtle

Din is-sentenza tikkonferma u tissupplimenta l-każ Müller-Fauré. Hija tispeċifika l-għan u r-rwol ta’ l-awtorizzazzjoni minn qabel (Artikolu 22, ir-Regolament 1408/71). Ir-rikors għar-Regolament 1408/71 joffri lill-persuni assigurati ċerti drittijiet li kieku ma jgawdux minnhom. Madankollu, ir-Regolament 1408/71 huwa biss mod wieħed kif ikun eżerċitat id-dritt għal-libertà fl-għoti ta’ servizzi għall-kura tas-saħħa. Huwa strument biex jiffaċilita dik il-libertà.

Dettalji tal-każ Inizan

Wieħed mill-prinċipji tal-Liġi ta’ l-UE hija l-libertà li jingħataw is-servizzi. Ladarba dan huwa l-każ, il-pajjiżi membri jistgħu ma jitolbux li inti jkollok awtorizzazzjoni minn qabel għal kura barra mill-isptar fi Stat membru ieħor minn fornituri li ma jaħdmux b’kuntratt. Għal kuntrarju ta’ dan, fil-każ ta’ kura fi sptar, il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tista’ tkun ġustifikata. Il-Qorti tikkonferma li l-mod kif is-sistemi tal-kura tas-saħħa huma organizzati ma jaffettwawx id-dritt tiegħek li jkollok l-ispejjeż koperti.

Dettalji tal-każ Müller-Fauré u Van Riet

Il-pensjonanti huma intitolati li jitolbu rimborż għall-kura medika li jirċievu barra l-pajjiż. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu ma jitolbux awtorizzazzjoni minn qabel jew jirrimborżaw spejjeż biss jekk il-kundizzjoni ħarġet f’daqqa waqt li l-persuna kienet fi Stat ieħor.

Dettalji tal-każ Ioannidis

Il-Qorti tispeċifika liema spejjeż ta’ kura għal operazzjoni fi sptar huma koperti. Jekk bi żball tkun imċaħħad mill-awtorizzazzjoni għall-kura fi sptar fi Stat ieħor, iżda l-awtorizzazzjoni tinħareġ wara – b’deċiżjoni tal-qorti, pereżempju – imbagħad inti tkun intitolat għar-rimborż għall-inqas ta’ l-ammont li kieku kont tirċievi għall-kura fil-pajjiż fejn inti assigurat.

Dettalji tal-każ Vanbraekel

Għalkemm sistemi bbażati fuq awtorizzazzjoni minn qabel għandhom tendenza li jnaqqsu l-libertà li jingħataw servizzi mediċi fi sptar, dawn huma meħtieġa biex is-sistemi ta’ sigurtà soċjali jkunu finanzjarjament bilanċjati u s-servizzi ta’ l-isptar ikunu disponibbli għal kulħadd. Il-Qorti tispeċifika l-kriterji għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni biex tingħata kura fi sptar fi Stat ta’ l-UE ieħor u tiddefinixxi x’jgħodd bħala kura normali u meħtieġa skond il-liġi Olandiża.

Dettalji tal-każ Geraets-Smits u Peerboms

 

Ċittadini ta’ l-UE jistgħu jiksbu kura medika fi stat membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel u jkunu rimborżati skond it-tariffi ta’ l-istat li fih huma assigurati. Il-każi fil-qorti kienu jikkonċernaw l-ispejjeż ta’ nuċċali tal-vista u l-kura ortodontika bħala pazjent estern.

Dettalji tal-każ Kohll
Dettalji tal-każ Decker

 

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+