Strumenti għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa
Additional tools
Fit-2 ta' Lulju 2008 il-Kummissjoni Ewropea adottat aġenda ambizzjuża mfassla biex tassigura li l-politiki ta' l-Unjoni Ewropea jwieġbu b'mod effettiv għall-isfidi ekonomiċi u soċjali tal-lum.
Il-bidla fit-teknoloġija, il-globalizzazzjoni u popolazzjoni li qed tixjieħ qed ibiddlu s-soċjetajiet ta' l-Ewropa. Il-politiki ta' l-UE jridu jlaħħqu mal-pass ta' dawn ix-xejriet, u jgħinu lin-nies jadattaw ruħhom għal ċirkustanzi li qed jinbidlu. L-aġenda soċjali mġedda għandha l-għan li toħloq iktar opportunitajiet għaċ-ċittadini ta' l-UE, ittejjeb l-aċċess għal servizzi ta' kwalità u turi solidarjetà ma' dawk li l-bidla qed taffettwahom b'mod negattiv.
L-UE għandha poteri u responsabbiltajiet limitati, iżda tista' tagħmel diferenza fil-ħajja tan-nies billi taħdem bi sħab ma' l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Tul dawn l-aħħar 50 sena, l-UE mexxiet 'il quddiem b'suċċess l-iżvilupp u l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol. Hija għenet biex jiġu ttrattati d-diskriminazzjoni, l-faqar u l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni.
Filwaqt li tibni fuq dawn il-kisbiet, l-aġenda soċjali mġedda ġġib flimkien sensiela ta' politiki ta' l-UE biex toffri azzjoni ta' sostenn f'seba' oqsma prioritarji:
Il-Kummissjoni qed tipproponi li tuża taħlita ta' għodod differenti ta' politika biex tikseb l-għanijiet kif imfassla fl-aġenda soċjali mġedda:
Il-proċedura u ż-żmien għal kull inizjattiva mressqa fl-aġenda soċjali mġedda huma spjegati fid-dokumenti mehmuża.