Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Tkabbir - dispożizzjonijiet transizzjonali

Ħaddiema mill-pajjiżi membri ġodda tal-UE – arranġamenti tranżitorji

Restrizzjonijiet dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema jistgħu japplikaw għall-ħaddiema mill-pajjiżi membri tal-UE għal perjodu tranżitorju ta' 7 snin wara li jissieħbu mal-UE. Attwalment dan jikkonċerna lill-ħaddiema minn dawn il-pajjiżi:

Gvernijiet individwali tal-pajjiżi li diġà kienu jagħmlu parti mill-UE jistgħu jiddeċiedu huma nfushom jekk iridux japplikaw ir-restrizzjonijiet għall-ħaddiema minn dawn il-pajjiżi, u x'tip ta' restrizzjonijiet. Madankollu:

  • Huma ma jistgħux jillimitaw il-libertà ġenerali tal-ivvjaġġar, iżda biss id-dritt għax-xogħol f'pajjiż ieħor bħala persuna impjegata.
  • Għall-ewwel sentejn wara li pajjiż ikun issieħeb mal-UE, il-liġi u l-politika nazzjonali tal-pajjiżi li diġà kienu jagħmlu parti mill-UE jiddeterminaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-ħaddiema minn dak il-pajjiż biex b'hekk jista' jkun jinħtiġilhom permess tax-xogħol. Jekk pajjiż jixtieq ikompli japplika dawn ir-restrizzjonijiet għal tliet snin aktar, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni qabel it-tmiem tal-ewwel sentejn.
  • Wara dan, il-pajjiżi jkunu jistgħu jkomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet għal sentejn oħra jekk huma jgħarrfu lill-Kummissjoni bi tfixkil serju fis-suq tax-xogħol tagħhom; ir-restrizzjonijiet kollha għandhom jintemmu wara 7 snin.
  • Il-ħaddiema li huma soġġetti għal restrizzjonijiet nazzjonali għandu jingħatalhom prijorità fuq ħaddiema minn pajjiżi li mhumiex fl-UE.
  • Meta jkunu mħaddma legalment f'pajjiż ieħor tal-UE, il-ħaddiema għandhom dritt għall-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema nazzjonali tal-pajjiż fejn qed jaħdmu.
  • Il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jiltaqgħu ma' restrizzjonijiet ta' din ix-xorta jistgħu jimponu restrizzjonijiet ekwivalenti fuq ħaddiema minn dak il-pajjiż.

Ara t-trattati ta' adeżjoni individwali għal aktar dettalji.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+