Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Additional tools

Tiftix Avvanzat

Taf x’tista’ tagħmel għalik l-Ewropa Soċjali?

Imħasseb dwar is-sigurtà? Ewropa Soċjali Intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol

Circus act: Man with head in a lion's mouth

L-UE qiegħda taħdem ma’ l-Istati Membri, it-trade unions u n-negozji biex il-postijiet tax-xogħol isiru aktar siguri u aktar tajbin għas-saħħa. Sa mill-2002 rajna tnaqqis ta’ 17% fl-inċidenti fatali u tnaqqis ta’ 20% fl-inċidenti li wasslu għal assenza mix-xogħol ta’ tlett ijiem jew aktar. Dan ifisser li ġew salvati aktar minn 800 ruħ kull sena.


Wasal iż-Żmien għal Bidla? Ewropa Soċjali Inneħħu l-ostakli għall-mobilità fl-impjiegi

Clown repairing car engine

Iċ-ċittadini ta’ l-UE ilhom bi dritt li jistgħu jaħdmu fi Stat Membru ieħor sa mill-1957. Madankollu huma biss 2% ta’ l-Ewropej li bbenefikaw minn dan id-dritt. Individwu li jaħdem f’pajjiż Ewropew ieħor għandu l-opportunità li jitgħallem lingwa ġdida, jiskopri kultura ġdida u jiżviluppa kapaċitajiet ġodda. Dan id-dritt huwa importanti ħafna biex isaħħaħ l-impjiegi u t-tkattir ekonomiku. Din hija r-raġuni l-għala l-UE qiegħda taħdem biex tinkoraġġixxi l-mobilità, biex tkisser l-ostakli burokratiċi u biex tħeġġeġ it-tagħlim tal-lingwi.


Għandek bżonn ta’ daqqa t’id? Ewropa Soċjali Niġġieldu l-esklużjoni soċjali u l-faqar

Trapeze artists

L-assigurazzjoni li kull ċittadin ikun parti mis-soċjetà hija vitali biex tintlaħaq il-mira Ewropea, jiġifieri dik ta’ Ewropa inklussiva u affluwenti. Ir-rwol ta’ l-UE huwa li tgħin lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-azzjonijiet meħuda minnhom fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Aħna lkoll irridu niżguraw pensjonijiet siguri u adegwati flimkien ma’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja. L-UE tgħin lill-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-immodernizzar tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa biex dawn jibqgħu adegwati u aċċessibbli għalina u għal uliedna.


Post għal kulħadd. Ewropa Soċjali Nippromwovu d-diversità

Clown shoes standing next to a pair of ordinary shoes

Fl-Unjoni Ewropea, kull persuna għandha d-dritt li tgawdi minn trattament ugwali u ħajja ħielsa mid-diskriminazzjoni. Id-diversità tista’ tipprovdi benefiċċji kbar ħafna lix-xogħol u lis-soċjetà b’mod ġenerali, madankollu ninsabu ferm ’il bogħod milli niksbu opportunitajiet ugwali għal kulħadd. Il-leġiżlazzjoni Ewropea tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali u reliġjon jew twemmin. Iżda dawn il-liġijiet huma biss l-ewwel pass. Biex tinkiseb ugwaljanza ta’ veru, hemm bżonn ta’ bidla fl-attitudni u fil-prattika fil-qasam tax-xogħol, ta’ l-edukazzjoni, tal-kura tas-saħħa u x-xorta.


Negħlbu l-isterjotipi? Ewropa Soċjali Nippromwovu l-ugwaljanza
bejn in-nisa u l-irġiel

Circus act: woman sawing a man in half

Ir-rata ta’ l-impjiegi għan-nisa baqgħet lura meta mqabbla ma’ dik ta’ l-irġiel. Minkejja li n-nisa qed jiksbu riżultati edukattivi ogħla mill-irġiel, huma m’humiex irrappreżentati biżżejjed f’karigi ta’ responsabbiltà, u bħala medja jitħallsu 17% inqas mill-irġiel. L-UE kienet magna għall-bidla u s-sitwazzjoni qed titjieb, madankollu din għadha tirrappreżenta riżors kbir li għadu mhux użat sewwa fl-ekonomija Ewropea. L-Ewropa tiggarantixxi u tipproteġi d-dritt għal trattament ugwali u tappoġġja attivitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-aspetti kollha tal-ħajja.


Il-bilanċ fil-ħajja. Ewropa Soċjali Naħdmu favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja

A man on tight rope

Xi kultant huwa diffiċli li wieħed isib bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, speċjalment għan-nisa li għad għandhom ir-responsabbiltà primarja għax-xogħol tad-dar u għall-kura tat-tfal jew ta’ persuni oħra li għadhom id-dar. Il-qsim tar-responsabbiltajiet familarji jgħin kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, u b’hekk it-tnejn jingħataw ċans li jkollhom karriera sodisfaċenti u li jgawdu l-ħajja privata u familjari tagħhom. L-Ewropa tippromwovi l-għoti ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal, livell xieraq ta’ kura għal persuni dipendenti bħal qraba morda jew anzjani, leave xieraq għall-ġenituri u metodi ġodda ta’ xogħol.


Kbir wisq biex taħdem? Ewropa Soċjali Nippromwovu opportunitajiet għall-etajiet kollha

Older female circus performer

Il-popolazzjoni ta’ l-Ewropa qed tikber fl-età. Element kruċjali biex ikun appoġġjat it-tkabbir, in-numru ta’ impjiegi kif ukoll il-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali huwa li jsir l-aqwa użu mill-potenzjal sħiħ tal-ħaddiema ta’ età akbar. Dan iwassal ukoll biex itejjeb il-benesseri individwali. L-UE qed tħeġġeġ lill-persuni ta’ età akbar biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, biex itawlu l-ħajja tax-xogħol tagħhom permezz ta’ strateġiji favur “xjuħija attiva” u aktar impjiegi ta’ kwalità.


Tagħlim ta’ kapaċitajiet ġodda? Ewropa Soċjali Nippromwovu t-taħriġ u l-adattabilità

Clown juggling

Il-Fond Soċjali Ewropew huwa l-istrument finanzjarju ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-investiment fil-persuni. Dan jonfoq aktar minn 10 biljun ewro fis-sena fost l-Istati Membri u r-reġjuni kollha. L-għan ewlieni tal-FSE hu li jappoġġja l-impjiegi u li jgħin lin-nies biex itejbu l-edukazzjoni u l-kapaċitajiet tagħhom. Permezz ta’ dan, il-FSE jtejjeb l-opportunitajiet tan-nies biex isibu impjieg u biex jimxu ’l quddiem fih.


Dan hu x-xogħol li jgħodd għalik? Ewropa Soċjali Naħdmu għal aktar xogħol u xogħol aħjar

Circus act: man in canon

L-UE qiegħda taħdem biex iżżid l-impjiegi u tiġġieled il-qgħad billi żżid in-numru ta’ impjiegi u billi ttejjeb il-kwalità tax-xogħol fl-Ewropa. Hija tiffoka l-isforzi tagħha fuq ħidma biex tattira aktar persuni biex isibu – u jżommu – xogħol, billi żżid l-adattabilità għall-bidla tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriża u billi tinvesti aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-individwi u l-ħaddiema. L-UE tgħin tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali għaż-żieda fl-impjiegi.


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+