Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Liġi tax-Xogħol

Jekk jogħġbok innota li xi pubblikazzjonijiet huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

17/03/2011

Regoli ġodda għal Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej - Tagħrif dwar id-Direttiva 2009/38/KE  (17/03/2011)

Catalog N. : KE-31-11-034-MT-C

Regoli ġodda għal Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej - Tagħrif dwar id-Direttiva 2009/38/KE

Il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej (EWC) huma korpi li permezz tagħhom l-amministrazzjoni ċentrali tgħarraf u twettaq konsultazzjoni mal-impjegati Ewropej ta’ impriżi rigward il-progress u deċiżjonijiet importanti. Id-Direttiva 2009/38/KE ssaħħaħ id-dritt tal-impjegati għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali, u tappoġġja l-ħolqien ta’ EWC. Dan il-fuljett jiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-EWC u l-għanijiet tad-Direttiva. Fih jiġu spjegati d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirrigwardaw it-twaqqif u l-operat ta’ EWC, kif ukoll ir-rwol tar-rappreżentanti tal-impjegati, il-proċeduri ta’ negozjar u l-iskeda ta’ implimentazzjoni. Il-fuljett jispjega wkoll kunċetti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, u aspetti relatati mal-adattament u l-kontinwità ta’ EWC. Fl-aħħarnett, fih jiġu indikati wkoll sorsi oħra ta’ informazzjoni, promozzjoni u finanzjament, kif ukoll punti ta’ kuntatt. Din il-pubblikazzjoni hi disponibbli f’format stampat fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+