Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

L-assi EURES ta' EaSI

L-assi EURES ta' EaSI
© Imageglobe

Il-promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol fl-UE

L-għan ta' dan l-assi hu li jsaħħaħ lil EURES, netwerk Ewropew ta' mobilità tax-xogħol li jipprovdi informazzjoni, gwida u servizzi ta' reklutaġġ/kollokament lill-impjegaturi, dawk li jfittxu xogħol u kwalunkwe ċittadin li jixtieq jieħu vantaġġ mil-libertà tal-moviment tal-ħaddiema.

Ikopri tliet taqsimiet tematiċi:

  • trasparenza tal-postijiet battala, applikazzjonijiet għax-xogħol u kwlaunkwe informazzjoni relatata għall-applikanti u l-impjegaturi;
  • żvilupp ta' servizzi għar-reklutaġġ u kollokament ta' ħaddiema f'impjieg;
  • sħubijiet transfruntieri.

Objettivi

  • L-iżgurar li l-postijiet battala u l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni u l-pariri korrispondenti, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni relatata, ikunu trasparenti għall-applikanti u l-impjegaturi potenzjali.
  • L-appoġġ tad-dispożizzjoni tas-servizzi ta' EURES għar-reklutaġġ u l-kollokament tal-ħaddiema f'impjieg ta' kwalità u sostenibbli permezz tal-approvazzjoni ta' applikazzjonijiet u postijiet battala. Dan l-appoġġ se jkopri l-fażijiet kollha ta' kollokament, mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-assistenza wara l-kollokament f'impjieg.

Min jista’ jipparteċipa?

L-assi EURES ta' EaSI huwa miftuħ għal:

  • l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;
  • is-servizzi tax-xogħol;
  • l-organizzazzjonijiet ta' msieħba soċjali u partijiet interessati oħrajn

il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE, skont il-Ftehim taż-ŻEE.

Kif tapplika

L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati huma definiti fi programm ta' ħidma adottat mill-Kumitat tal-Programm.

Biex japplikaw għall-fondi, l-organizzazzjonijiet eliġibbli għandhom iwieġbu għal sejħa għal offerti u/jew għal sejħa għal proposti.

Finanzjament

18% tal-baġit totali ta' EaSI se jiġi allokat għall-assi EURES.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+