Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

Il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

Il-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) huwa strument ta' finanzjament fil-livell tal-UE biex jippromwovi livell għoli ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, li jiggarantixxi ħarsien soċjali xieraq u diċenti, li jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar u li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Struttura u finanzjament

EaSI hu mmaniġġjat direttament mill-Kummissjoni Ewropea. Jiġbor flimkien tliet programmi tal-UE mmaniġġjati separatament bejn l-2007 u l-2013: PROGRESS, EURES u Progress Microfinance.

Minn Jannar 2014, dawn il-programmi jiffurmaw it-tliet assi ta' EaSI. Huma jappoġġaw:

Il-baġit totali għall-2014-2020 hu EUR 919,469,000 skont il-prezzijiet tal-2013

Objettivi

  • It-tisħiħ tas-sjieda tal-objettivi tal-UE u tal-koordinazzjoni tal-azzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni.
  • L-għoti ta' appoġġ lill-iżvilupp ta' sistemi ta' ħarsien soċjali u ta' politiki tas-suq tax-xogħol adegwati.
  • L-immodernizzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE filwaqt li tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva tagħha.
  • Il-promozzjoni tal-mobilità ġeografika u l-għoti ta' spinta lil opportunitajiet ta' xogħol permezz tal-iżvilupp ta' suq tax-xogħol miftuħ.
  • Iż-żieda tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzjament għall-gruppi vulnerabbli u l-mikrointrapriżi, u ż-żieda tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi soċjali.

Waqt li jkun qed jaħdem biex jilħaq dawn l-objettivi EaSI se:

  • jagħti attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli, bħal pereżempju ż-żgħażagħ,
  • jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,
  • jiġġieled id-diskriminazzjoni,
  • jippromwovi livell għoli ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità,
  • jiggarantixxi ħarsien soċjali adegwat u diċenti,
  • jiġġieled il-qgħad fit-tul,
  • jiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+