Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Il-Kroazja

Ir-restrizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-aċċess għal ħaddiema mill-Kroazja għas-swieq tax-xogħol ta' Stati Membri oħrajn attwalment japplikaw

  • fl-Awstrija,
  • f'Malta,
  • fin-Netherlands,
  • fis-Slovenja
  • fir-Renju Unit.

Dan ifisser li dawn l-Istati Membri jkomplu jirregulaw l-aċċess tal-ħaddiema Kroati għas-swieq tax-xogħol tagħhom permezz tal-liġi nazzjonali u jistgħu jeħtieġu permessi tax-xogħol għall-ħaddiema Kroati.

Il-Kroazja għandha restrizzjonijiet tranżizzjonali ekwivalenti għal ħaddiema minn dawn l-Istati Membri.

Skont l-Att ta' Adeżjoni tal-2011, l-Istati Membri tal-UE-27 jistgħu temporanjament jillimitaw l-aċċess ta' ħaddiema mill-Kroazja għas-swieq tax-xogħol tagħhom.

L-ewwel fażi: L-1 ta’ Lulju 2013 - it-30 ta’ Ġunju 2015

L-aċċess kien regolat mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn. 13-il Stat Membru applikaw restrizzjonijiet (AT, BE, CY, FR, DE, EL, IT, LU, MT, NL, ES, SI u UK). L-oħrajn iddeċidew li japplikaw b'mod sħiħ ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-UE għal ħaddiema Kroati.

It-tieni fażi: L-1 ta’ Lulju 2015 – it-30 ta’ Ġunju 2018

L-Istati Membri jistgħu jżommu r-restrizzjonijiet jekk huma nnotifikaw li jagħmlu dan minn qabel lill-Kummissjoni. L-Awstrija, Malta, in-Netherlands, is-Slovenja u r-Renju Unit għamlu dan u attwalment japplikaw restrizzjonijiet f'dawn l-Istati Membri biss.

It-tielet fażi: L-1 ta’ Lulju 2018 – it-30 ta’ Ġunju 2020

Fil-fażi finali l-Istati Membri se jkunu jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet f'każ ta' tfixkil serju fis-suq tax-xogħol tagħhom jew minħabba theddida ta' tfixkil ta' din ix-xorta biss.

Tabella Sommarja tal-politiki tal-Istati Membri - Ħaddiema mill-Kroazja


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+