Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Isvizzera

Emerġenza

  • Ċempel il-144

Gemeinsame Einrichtung KVG
(Istituzzjoni Komuni taħt l-Att Federali dwar l-Assikurazzjoni tal-Mard)
Tel: +41 32 625 30 30
Email: info@kvg.org

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Bl-iskema Żvizzera tal-assikurazzjoni tas-saħħa, tista' tikkonsulta kwalunkwe tabib irreġistrat.
  • Normalment ikollok tħallas l-ispiża sħiħa tal-kura u mbagħad titlob rimborż wara.

Dentisti

  • Bħala regola ġenerali, il-kura tas-snien mhix koperta.

Kura fi sptar

  • Normalment se tintbagħat l-isptar pubbliku minn tabib.
  • F'każ ta' emerġenza, mur id-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' kwalunkwe sptar pubbliku.
  • Jekk tiddaħħal l-isptar, il-fattura tmur direttament għand Gemeinsame Einrichtung KVG.
  • Il-Gemeinsame Einrichtung KVG tkopri l-ispejjeż tal-kura medika f'sala ġo sptar pubbliku.
  • Jekk tagħżel li tmur fi sptar privat jew semiprivat jew f'sala privata ta' sptar pubbliku, ikollok tħallas id-differenza.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini bir-riċetta huma koperti, sakemm ikunu elenkati fil-lista uffiċjali tal-mediċini koperti.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza hu kopert sa 50% tal-ispiża, għal massimu ta' CHF 500 kull sena kalendarja. Il-bqija tal-ispejjeż ma jiġux rimborżati fl-Iżvizzera, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza bl-ajru

  • 50% tal-ispejjeż tal-emerġenza huma koperti, sa mhux aktar minn CHF 5000 kull sena kalendarja. Il-bqija tal-ispejjeż ma jiġux rimborżati fl-Iżvizzera, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Rimborż

  • Jekk kellek tħallas għall-kura tista' tibgħat il-kont oriġinali lil

Gemeinsame Einrichtung KVG
(Istituzzjoni Komuni taħt l-Att Federali dwar l-Assikurazzjoni tal-Mard)
Gibelinstrasse 25
Postfach
CH-4503 Solothurn

Tel: +41 32 625 30 30
Email: info@kvg.org

  • Ta' min jinnota li trasferiment b'xejn u malajr ikun possibbli biss jekk tibgħat id-dettalji bankarji tiegħek (IBAN, BIC, indirizz).
  • Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba waqt iż-żjara tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.

Informazzjoni dwar il-kopagament

  • Se jkollok tħallas tariffa standard għal kull perjodu ta' 30 jum ta' kura (attwalment CHF 92 għall-adulti u CHF 33 għal dawk li jkollhom 18 jew inqas).
  • F'każ ta' permanenza in-patient l-adulti (26 jew aktar) jiġu ċċarġjati wkoll kontribuzzjoni ta' CHF 15 kuljum.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Ikkuntattja sptar jew tabib fid-destinazzjoni ta' vaganza tiegħek minn qabel sew il-vjaġġ tiegħek biex isiru l-arranġamenti kollha meħtieġa.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Iżvizzera

Gemeinsame Einrichtung KVG

(Istituzzjoni Konġunta taħt l-Att Federali tal-Assikurazzjoni tal-Mard)

Tel: +41 32 625 30 30
Email: info@kvg.org


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+