Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Il-Liechtenstein

Emerġenza

Ċempel il-144 jew il-112

Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika) (Ġermaniż)
Tel: +423 236 7340
Email: info@ag.llv.li

Kura, kopertura u spejjeż

  • Il-pazjenti jridu jħallsu tariffa bażika għall-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa u, f'ċerti każi, persentaġġ mill-ispejjeż tal-kura.
  • Il-pazjenti b'Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) iridu jħallsu bejn wieħed u ieħor CHF 67.00. Dan joffri assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa għal xahar.
  • L-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika jitlob din it-tariffa lill-persuna assikurata b'kont wara li tasal il-fattura/i mill-fornitur(i) tas-servizzi kkonsultat(i). Din it-tariffa standard trid titħallas anke jekk iż-żjara tkun ta' inqas minn xahar.
  • Il-persuni li laħqu l-età tal-pensjoni regolari jħallsu nofs it-tariffa u l-individwi taħt l-20 sena ma jħallsux.

Tobba

  • Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC), trid tara tabib li jaħdem taħt l-iskema tas-saħħa pubblika. Dawn it-tobba issibhom fuq http://www.lkv.li. Dawn il-konsultazzjonijiet huma b'xejn minħabba li t-tobba jitħallsu direttament mill-assikurazzjoni (ara hawn fuq).
  • Jekk tmur għand tabib li ma jkollux kuntratt, ikollok tħallas l-ispiża kollha.

Dentisti

  • Ma teżistix kura tas-snien ipprovduta mill-istat fil-Liechtenstein. Għaldaqstant ikollok tħallas l-ammont sħiħ bħala kura privata.

Kura fi sptar

  • Jeżisti sptar wieħed biss fil-Liechtenstein.
  • L-Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa) ġeneralment irid japprova d-dħul tiegħek fl-isptar, bl-eċċezzjoni ta' kura ta' emerġenza.
  • Ikollok tħallas tariffa.
  • It-tfal u l-pensjonanti jħallsu tariffa mnaqqsa.

Riċetti tat-tabib

Ambulanza

  • L-ambulanza li tieħdok lejn stabbilimenti tal-kura tas-saħħa li jkollhom kuntratt mal-federazzjoni tal-assikuraturi tas-saħħa hija koperta.

Ambulanza bl-ajru

  • L-użu tal-ambulanza bl-ajru huwa kopert sa ammont massimu. Ikollok tħallas l-ammont li jaqbeż dak il-livell.

Rimborż

  • Apparti t-tariffa tal-assikurazzjoni, il-pazjenti normalment ikollhom iħallsu biss il-proporzjon tal-ispejjeż għall-kura tas-saħħa li jkun fadal - m'hemmx rimborż għal dan.
  • Jekk tmur għand tabib li ma jkollux kuntratt li jkun qed jipprattika fil-Liechenstein, ikollok tħallas l-ispiża kollha.

Informazzjoni dwar il-kopagament

  • Il-pazjenti jridu jħallsu tariffa bażika għall-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa u, f'ċerti każi, persentaġġ mill-ispejjeż tal-kura.
  • Il-pazjenti b'Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) iridu jħallsu bejn wieħed u ieħor CHF 67.00. Dan joffri assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa għal xahar.
  • L-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika jitlob din it-tariffa lill-persuna assikurata b'kont wara li tasal il-fattura/i mill-fornitur(i) tas-servizzi kkonsultat(i). Din it-tariffa standard trid titħallas anke jekk iż-żjara tkun ta' inqas minn xahar.
  • Il-persuni li laħqu l-età tal-pensjoni regolari jħallsu nofs it-tariffa u l-individwi taħt l-20 sena ma jħallsux.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Jekk jogħġbok ikkuntattja Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika). Huma jipprovduk bl-informazzjoni b'mod individwali.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fil-Leichenstein

Amt für Gesundheit (Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika)

Tel: +423 236 7340

Email: info@ag.llv.li


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+