Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Izlanda

Nota: Ir-residenti tal-pajjiżi Nordiċi (id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja) iridu sempliċiment juru karta tal-identità valida biex juru l-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fl-Islanda.

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Sjukratryggingar Islands
(Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Islanda)
Telefown: +354 515 0000
Email: sjukra@sjukra.is

Kura u spejjeż

Tobba

  • Il-kura medika ġenerali hija pprovduta fiċ-ċentri tas-saħħa li jinsabu madwar l-Islanda kollha u jiftħu bejn it-8 u l-4 Jekk ikollok bżonn tara tabib f'xi ħin ieħor, ħafna żoni għandhom tabib/infermier li jkun standby.
  • Tiġi ċċarġjat miżata standard. Din ma tiġix rimborżata fl-Islanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • Il-kura hija b'xejn għat-tfal taħt it-18.
  • Filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa, il-kura fiż-żona ta' Reykjavik hija fiċ-ċentru ta' "Læknavaktin". Telefown: 1770
  • Għal pariri mediċi u biex jiġi t-tabib id-dar wara l-ħinijiet tal-ftuħ, ċempel il-1770

Dentisti

  • Il-kura tas-snien hija pprovduta fl-uffiċċji dentali/ċentri tas-saħħa fil-parti l-kbira tal-Islanda.
  • Ġeneralment, tiġi ċċarġjat miżata standard. Din ma tiġix rimborżata fl-Islanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • Tfal taħt it-18, pensjonanti tal-istat u dawk li jieħdu l-benefiċċji tal-invalidità huma eleġibbli għal rimborż parzjali. Iridu juru li huma eleġibbli.

Kura fi sptar

  • Id-dħul immedjat fi sptar ikun possibbli biss f'każ ta' emerġenza.
  • Ġeneralment, ma hemmx ħlas għall-kura pprovduta waqt li wieħed ikun l-isptar (inpatient).
  • Tiġi ċċarġjat miżata standard għall-kura barra mill-isptar (outpatient). Din ma tiġix rimborżata fl-Islanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tmur f'liema spiżerija trid ("APÓTEK") fl-Islanda.
  • Uri r-riċetta tat-tabib u l-Karta Ewropea għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa. Dawn juru li inti eleġibbli għall-kura tas-saħħa tal-istat.
  • Il-prezz tal-mediċina bir-riċetta jvarja minn 0% sa 100% tal-prezz skont kategoriji standard.
  • Il-prezz tar-riċetta ma jiġix rimborżat fl-Islanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza

  • Trid tħallas miżata żgħira li ma tiħux lura għas-servizzi tal-ambulanza. Jekk ma turix il-Karta Ewropea għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa, tiġi ċċarġjat il-prezz sħiħ. Din ma tiġix rimborżata fl-Islanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza bl-ajru

  • L-istess bħall-ambulanza.

Rimborż

  • Il-miżati standard tal-pazjenti ma humiex rimborżabbli fl-Islanda. Rimborżi oħra jistgħu jintalbu mill-uffiċċju tas-Sjúkratryggingar Íslands f'Reykjavik.
  • Jekk kellek tħallas għall-kura, meta tasal lura f'pajjiżek ibgħat l-irċevuti oriġinali mat-talba tiegħek u prova li inti eliġibbli lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa . Il-fornitur tiegħek jikkuntattja s-Sjúkratryggingar Íslands.
  • Tinsiex iżżomm kopji ta' kull ma tibgħat.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+