Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Ir-Renju Unit

Emerġenza

Ċempel 999 jew 112

Servizz 111 tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS)


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

Dentisti

  • Il-kura tas-snien mill-NHS li tkun klinikament neċessarja tiġi pprovduta b'tariffa standard li ma tiġix rimborżata. Sib dentist viċin tiegħek.

Kura fi sptar (NHS)

  • Apparti l-kura ta' emerġenza, il-kura fi sptar għandha tiġi rranġata mat-tabib (GP), id-dentist jew it-tabib tal-għajnejn tiegħek. Ħafna mill-kura fl-isptarijiet tal-NHS hi bla ħlas jekk ikollok Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) valida. Sib sptar viċin tiegħek.
  • Bħala viżitatur b'kard valida, int intitolat għall-kura medika klinika neċessarja kollha li jipprovdi l-istat bla ħlas. Il-kard ma tkoprix il-kura ppjanata.

Riċetti tat-tabib

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza neċessarju huwa bla ħlas.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż
  • Fir-Renju Unit, il-kura hi ta' spiss bla ħlas, għalhekk ma hemmx sistema ta' rimborż.
  • Meta japplikaw tariffi standard (bħat-tariffi tad-dentist tal-NHS), dawn ma jiġux rimborżati fir-Renju Unit.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent
  • Fir-Renju Unit, il-kura ta' spiss hi bla ħlas, iżda trid turi l-EHIC tiegħek meta jkollok bżonn il-kura tas-saħħa.
  • Japplikaw tariffi standard li jridu jitħallsu mill-pazjenti għad-dentisti tal-NHS.
  • Hemm ukoll tariffa għar-riċetti tat-tabib, li titħallas fl-ispiżerija.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fir-Renju Unit, waqt li jkunu barra l-pajjiż u jeħtieġu trattament

It-Tim tal-Kura tas-Saħħa Barra l-Pajjiż:

Tel: 0191 218 1999 (mir-Renju Unit)

+44 191 218 1999 (minn barra r-Renju Unit)

Email: overseas.healthcare@dwp.gsi.gov.uk

Erġa applika għal kard mitlufa jew misruqa ladarba tasal lura fir-Renju Unit.