Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Izvezja

Nota: Ir-residenti tal-pajjiżi Nordiċi l-oħra (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda u n-Norveġja) iridu sempliċiment juru karta tal-identità valida biex juru l-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fl-Iżvezja.

Emerġenza

  • Ċempel il-112
  • Il-1177, is-servizz nazzjonali għal pariri dwar il-kura tas-saħħa:
    • onlajn jew bit-telefown
    • 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena.
    • Fuq il-1177, ikun hemm infermiera li jwieġbu l-mistoqsijiet, jiddeċiedu jekk hemmx bżonn ta' aktar kura, joffru pariri u/jew jirrikmandaw għajnuna oħra tal-kura tas-saħħa.
    • Il-1177 joffri servizz bl-Ingliż.
    • Telefown: 1177
    • Sit web: www.1177.se, informazzjoni disponibbli b'ħafna ilsna

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tintitolak għall-kura fi kwalunkwe istituzzjoni tal-kura tas-saħħa pubblika.

  • Għandek tikkonsulta tabib affiljat mal-iskema tal-assikurazzjoni pubblika.
  • Ikollok bżonn tippreżenta Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea valida u passaport jew ID nazzjonali valida.
  • Meta jkollok EHIC valida, int intitolat tħallas tariffa ssussidjata għal kura neċessarja medikament bl-istess mod bħar-residenti tal-Iżvezja. It-tariffi jistgħu jvarjaw u ma hemmx rimborż għalihom.
  • Il-pazjenti ta' taħt l-20 sena jieħdu l-kura b'xejn fil-biċċa l-kbira tal-każi.
  • Mingħajr il-kard, ikollok tħallas it-tariffa tal-kura kollha kemm hi.

Il-kura tas-saħħa privata ġeneralment mhijiex koperta bil-kard, iżda f'ċerti każi t-tobba privati jkunu affiljati mal-iskema tal-assikurazzjoni pubblika u jaċċettaw il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea . Qabel tmur għand it-tabib jew l-isptar kun ċert li jaċċettaw il-kard ħalli tevita spejjeż mhux ippjanati.

Dentisti

Il-maġġoranza tad-dentisti jipprovdu kura skont l-iskema tal-kura tas-saħħa pubblika.

Kura fi sptar

  • Il-kura in-patient ġeneralment tkun bla ħlas, ħlief għal tariffa standard ta' kuljum li mhemmx rimborż għaliha.
  • Għal kura out-patient ikollok tħallas tariffa sussidjata. It-tariffi jistgħu jvarjaw u ma hemmx rimborż għalihom.
  • Il-kura mingħand speċjalista trid titħallas.

Riċetti tat-tabib

  • Ikollok bżonn tippreżenta Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea valida fl-ispiżerija biex tħallas bil-prezz issussidjat.
  • It-tariffi jistgħu jvarjaw.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza huwa bla ħlas fil-maġġoranza tal-postijiet.

Ambulanza bl-ajru

  • Is-servizz tal-ambulanza bl-ajru huwa bla ħlas fil-maġġoranza tal-postijiet.

Rimborż

  • Ma hemmx sistema ta' rimborż fl-Iżvezja.
  • Bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek għandu jkollok tħallas biss it-tariffa standard tal-pazjenti. Din ma tiġix rimborżata.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.
null
  • Il-livell ta' kopagament ivarja minn 150 sa 300 SEK jekk tara tabib tal-familja. Il-livell ta' kopagament hu ftit ogħla jekk tara tabib speċjalista, minn 200 sa 350 SEK. Dawn il-kopagamenti huma biss għal kura tas-saħħa primarja li ma jinvolvux sptar.
  • Għal dawk il-pazjenti li għandhom bżonn kura tas-saħħa aktar spiss hemm limitu tal-prezz, jiġifieri ħadd m'għandu jħallas aktar minn 2,200 SEK fis-sena.
  • Hemm livell massimu ta' kopagament għal kura tas-saħħa fi sptar: 100 SEK kuljum.
  • Il-kura tas-saħħa għal individwi taħt l-20 sena hi bla ħlas fil-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet u reġjuni.
  • Il-kura tal-maternità hi dejjem mingħajr ħlas.
  • F'xi muniċipalitajiet u reġjuni trid tħallas tariffa anqas għas-servizz tal-ambulanza u tal-ħelikopter.
  • M'hemm ebda informazzjoni dwar il-kopagamenti għall-kura tas-saħħa privata.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Irid ikollok riferiment biex tieħu d-dijaliżi, l-ossiġenu u l-kimoterapija.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Iżvezja

L-aġenzija tal-assikurazzjoni soċjali Svediża, Försäkringskassan – dipartiment tal-kura tas-saħħa internazzjonali.

Tel: +46 771 524 524 (servizz tal-konsumatur)


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+